Home
Kwestjonarju għall-Ġenituri
Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu numru ta’ mistoqsijiet dwar l-iskola tagħna. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju huwa sabiex inkunu nistgħu nidentifikaw fejn, fl-opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu nitjiebu. Għaldaqstant qed nitolbukom biex twieġbu l-mistoqsijiet billi tidħlu fil-link t’hawn taħt. Il-kwestjonarju ser idum miftuħ ġimgħa, għaldaqstant qed nitolbukom biex timlewh sa nhar l-Erbgħa 20 ta’ April. Bejn wieħed u ieħor hu mistenni li ma ddumux aktar minn għaxar minuti biex timlewh. Tinsewx tagħfsu fuq il-buttuna ‘Done’ meta tkunu lesti.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
N. Saliba
Kap tal-iskola
Avviżi
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ ninfurmawkom li l-15 ta’ April, Jum iċ-Ċelebrazzjoni huwa jum fejn niċċelebraw il-ħiliet tal-istudenti tagħna. Dakinhar jingħataw premjijiet għal diversi ħiliet varji. Il-ġenituri huma mistiedna BISS b’invit. Dakinhar l-iskola tispiċċa f’12:00 għat-tfal tal-Year 1 sal-Year 6 u f’11:45 għat-tfal tal-Kindergarten.
Fis-6 ta’ Mejju ser issir l-Open Day. Dakinhar il-ġenituri kollha huma mistiedna jiġu l-iskola u jidħlu fil-klassijiet. Aktar dettalji ngħadduhomlkom aktar tard.
Grazzi
Ms N Saliba