Home

Logħob Tradizzjonali Malti – Year 4 – Special Assembly

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju, ħarġet ġurnata sabiħa, ġurnata ferm ideali biex toħrog barra għax-xemx tilgħab u tiddeverti.  Għalhekk il-klassi tar-raba’ sena ta’ Ms. Sephorah ippreżentaw diversi logħob tradizzjonali Malti waqt special assembly.  Waqt din il-preżentazzjoni, it-tfal urew diversi logħob li kienu jilagħbu t-tfal fl-imgħoddi, logħob li sfortunatament qed jintesa u jintilef.  Għallmuna kif tintlagħab Dawra Durella, Iż-Żunzana ddur iddur, Bum Bum il-Bieb, il-Passju u l-Qbiż tal-Ħabel.  Fl-aħħar urew ix-xewqa biex it-tfal tal-lum jagħżlu li jilagħbu logħob bħal dan minflok bil-kompjuter jew bil-PlayStation.  B’hekk inżommu ħajja l-identita’ tagħna bħala Maltin.

Ms. Sephorah

Għalliema tar-raba’ sena

World Book Day Competition

Kienet kbira l-konkorrenza ta’ tfal mir-raba’, ħames u sitt sena li ipparteċipaw fil-kompetizzjoni ta’ World Book Day. Dawn it-tfal ipparteċipaw billi kitbu storja u għamluha fi ktieb żgħir. U bi pjaċir kienu tlitt itfal li rebħu l-kompetizzjoni u għaxra oħra li ħadu premju ta’ konsolazzjoni.

Proset Tassew!

This slideshow requires JavaScript.

Il-Jum Dinji tal-Ktieb – Year 4 – Special Assembly

Fit-22 t’ April l-istudenti tar-raba’ sena tal-4.3 tellgħu Special Assembly rigward il-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Jum Dinji tal-Ktieb kif rikonoxxut mill-UNESCO jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fit-23 ta’ April. F’dan il-jum madwar id-dinja jsiru diversi attivitajiet li jippromovu l-qari u l-kotba, speċjalment fost iż-żgħar. Waqt din l-assembly it-tfal ħeġġew l-istudenti biex jaraw u jħobbu l-kotba. Huma saħqu li l-qari huwa importanti għal ħafna raġunijiet: il-qari tal-kotba ma jagħtix biss gost iżda anke edukazzjoni u tagħlim. Ma naqsux ukoll milli jħeġġu lit-tfal biex jagħmlu użu mil-librerija tal-iskola.

Ms Stephanie Magri

Għalliema tar-raba’ sena

This slideshow requires JavaScript.