Home

Jum l-Għalliema

Fil-5 ta’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema.  Għal din l-okkazjoni tant speċjali saret special assembly mtella’ minn rappreżentat ta’ kull klassi.  Kull rappreżentant qal frażi ta’ tifħir lill-għalliema tiegħu/tagħha filwaqt li kull għalliema ngħatat qronfla bħala ġest ta’ ringrazzjament għax-xogħol siewi u imprezzabbli li jagħmlu.  B’hekk l-istudenti jagħrfu japprezzaw dejjem aħjar ix-xogħol tal-għalliema, KGAs u LSAs.

N Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Kwestjonarju

Għeżież Ġenituri

Id- Direttorat Għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni ser ikun qed jagħmel external review fl-iskola Primarja Siġġiewi.   Bħala parti mill-evalwazzjoni, intom il-ġenituri mitluba li tagħtu l-kontribut tagħkom billi tidħlu fuq il-link u timlew il-kwestjonarju. B’hekk intom tkunu qed tgħinu biex intejbu dejjem għall-aħjar l-edukazzjoni ta’ uliedkom.

Biex timlew il-kwestjonarju agħfsu hawn.

Għal aktar informazzjoni agħfsu hawn għall-verżjoni bil-Malti u hawn għall-verżjoni bl-Ingliż.

Nitolbukom li timlew il-kwestjonarju sa nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2016.

Grazzi

N. Saliba

Kap tal-iskola