Home

Nurture Class

Fl-iskola tagħna twaqqaf is-servizz tan-Nurture Class li ġiet mgħammra b’dak kollu meħtieġ biex l-ambjent f’din il-klassi jqarreb kemm jista’ jkun lejn dak ta’ dar. Dan sar b’inizzjattiva tal-Kap tal-Iskola, Ms. N. Saliba. L-għan ta’ dan l-ambjent huwa li t-tfal iħossuhom milqugħa u komdi. Fin-Nurture Class jew kif inhi magħrufa fl-iskola tagħna, ir-Rainbow Class, noffru għajnuna u support lil dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. Permezz ta’ programmi addattati għall-bżonnijiet differenti tal-istudenti tagħna, l-għalliema u l-LSA jgħinu lill-istudenti biex jiksbu ħiliet ġodda li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimxu aktar ‘il quddiem u jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Sarah Brincat Friggieri

This slideshow requires JavaScript.

Aqra u Irrifletti – L-ISBAĦ RIGAL …. li tista’ tagħti

Lil ħabibek … LEALTA’

Lill-għadu tiegħek … MAĦFRA

Lil min jimpjegak … SERVIZZ

Lill-fqir u batut … ĠUSTIZZJA

Lill-barrani … OSPITALITA’

Lill-marid …PREŻENZA

Lil tifel ċkejken … EŻEMPJU TAJJEB

Lill-ġenituri … RISPETT U GRATITUDNI

Lill-uliedek … ĦIN

Lil żewġek jew martek … IMĦABBA U FEDELTA’

Lil kull persuna … DINJITA’

Dawn ir-rigali ma jiswewx flus imma huma rari u prezzjużi aktar mid-deheb fin. Min jaf kieku dal-Milied tagħti ftit minn dawn ir-rigali? Tiffranka ħafna mix-xiri u l-battikati li l-ġiri jġib miegħu. B’dawn ir-rigali butek ma jitbattalx u qalbek żgur li tfur bil-ferħ.

Nawguraw il-Milied it-tajjeb lilkom ilkoll!!

Tislijiet,

L-Għalliema tal-PSCD