L-istudenti fl-iskola Primarja Siġġiewi ipparteċipaw f’inizjattiva tal-Ekoskola li tissejjaħ Zero Waste Lunch. L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li l-istudenti jgħarfu li ma jkunx hemm ħela fl-ikel li jġibu magħhom l-iskola u lanqas rimi ta’ affarijiet żejda billi jġibu l-ikel f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jużaw u jġibu sarvetta minflok karta li tintrema. L-istudenti kollha pparteċipaw u kull klassi ngħatat ċertifikat.
Home
Move and Walk in aid of ALS Malta

Il-Kura tax-Xagħar
Għeżież ġenituri
Ser ikun hemm laqgħa dwar il-kura tax-xagħar nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu fid-9:00am. Dħul minn Dr Nikola Zammit Street.
Nixtiequ nfakkrukom li dakinhar l-iskola tispiċċa f’11:45am għat-tfal tal-Kindergarten u f’nofsinhar għat-tfal tal-Primarja.
Grazzi
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola