Home
Tfakkira – Kwestjonarju għall-Ġenituri
Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu ftit mistoqsijiet relatati mal-iskola tagħna. Hu mistenni li ma tiħdux aktar minn 5 minuti biex tweġbuhom kollha. Dan nagħmluh biex nidentifikaw fejn, fl-opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu naħdmu biex nitjiebu aktar. Għaldaqstant l-għajnuna tagħkom f’dan ir-rigward hija imprezzabbli.
Il-kwestjonarju huwa anonimu u ser jibqa’ miftuħ sal-Ġimgħa 21 ta’ April.
Biex twieġbu l-kwestjonarju, jekk jogħġobkom, idħlu fil-link t’hawn taħt.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola
Ħajjitna fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi – April 2017
Din hija preżentazzjoni viżiva fuq il-ħajja tagħna l-istudenti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.
Il-filmat se jbexxqilna tieqa fuq l-ambjent u l-ħajja ġewwa l-iskola tagħna. Dan juri biss ftit mill-attivitajiet li jsiru f’din l-iskola.
Sena skolastika 2016 / 2017
Filmat – Claudine Chircop
F’isem l-istaff kollu u l-istudenti nixtiequ lil kulħadd l-Għid it-Tajjeb!
