Matul din is-sena il-kumitat tal-EkoSkola ħdimna biex inqajmu għarfien fuq il-Fairtrade mark. Bdejna billi l-membri tal-kumitat fittixna fuq il-Fairtrade biex insiru nafu aktar. Ingħaqadna wkoll ma’ organizazzjoni Maltija, Say It, li taħdem favur il-Fairtrade. Rappreżentant ta’ Say It ġie l-iskola tagħna kemm-il darba. Huwa kellu laqgħat mal-kumitat fejn kellna ċ-ċans insaqsuh il-mistoqsijiet tagħna u b’hekk iċċarajna ħafna affarijiet. Kellu laqgħat ukoll mal-għalliema, LSAs u kindergarten assistants kif ukoll mal-ġenituri biex iqajjem aktar għarfien fuq il-Fairtrade. Minbarra f’hekk il-kumitat tal-EkoSkola tellajna special assembly għat-tfal kollha tal-iskola fuq dan is-suġġett u organizzajna Rice Day. Ir-ross li ntuża għal din l-attività kellu l-marka tal-Fairtrade u kull qliegħ li għamilna mar għall-Hospice Movement Malta. B’kollox tajnihom €270. Min-naħa tagħna inħeġġukom biex taraw il-vidjo qasir t’hawn taħt dwar il-Fairtrade, u nħeġġukom biex fejn tistgħu tixtru prodotti bil-marka tal-Fairtrade. B’hekk inkunu qed nagħmlu l-parti tagħna biex niżguraw li kulħadd jitħallas kemm ikun ħaqqu.
Home
Summer Book Festival in Gozo
World Book Day Competition
Fl-14 ta’ Ġunju saret ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-iskola Primarja Siġġiewi tal-kompetizzjoni World Book Day. Is-Sur Mark Zammit mill-Aġenzija tal-Litteriżmu ta premjijiet lit-tfal kollha li ħadu sehem kif ukoll dawk li rebħu. It-tfal kollha li pparteċipaw imma ma rebħux ingħataw premju ta’ konsolazjoni li kien sett ta’ kotba għal kull tifel u tifla. Dawk il-klassijiet u tfal individwali li rebħu ingħataw ċertifikat u voucher li jissarraf f’kotba.
Ir-rebbieħa huma: Ms Antonia Aquilina KG 2.5 it-tielet
Ms Nadia Sammut Yr 2.3 L-ewwel
Ms Moira Darmanin Yr 2.2 it-tielet
Ema Mallia Yr 3.3 l-ewwel
Amy Gauci Yr 3.3 it-tieni
Liam Falzon Yr 4.1 it-tieni
Kyra Grima Yr 5.3 it-tielet
Carrick Saliba Yr 6.1 it-tielet


