Skip to content

St Ignatius College, Patri Ġużè Delia, Siġġiewi Primary

  • Scholastic Year 2025 – 2026
  • School Enrolment
  • Calendar of Events
  • Celebration Day 2026
  • Contact Details
St Ignatius College, Patri Ġużè Delia, Siġġiewi Primary

Home

Teachers’ Day

Bħal kull sena f’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema.  B’hekk fl-iskola kellna Special Assembly iddedikata għal dan il-għan.  Tifel jew tifla minn kull klassi qraw frażi dwar l-importanza tal-għalliema fil-ħajja tat-tfal u l-ġid li jagħmlu permezz tat-tagħlim.  Barra minn hekk l-għalliema ngħataw qronfla bħala apprezzament ta’ dak kollu li jagħmlu għall-ġid tat-tfal tal-iskola kollha.

Grazzi kbira tmur lill-għalliema (teachers, LSAs u KGAs) kollha.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Unknown's avatarAuthor Siggiewi PrimaryPosted on October 13, 2017Categories News, School ActivitiesLeave a comment on Teachers’ Day

Dyscalculia and Maths Learning Difficulties Seminar

Dyscalculia and Maths Learning Difficulties Seminar

Unknown's avatarAuthor Siggiewi PrimaryPosted on October 12, 2017Categories CircularsLeave a comment on Dyscalculia and Maths Learning Difficulties Seminar

Aqra u Irrifletti – KEMM FRAWLI, KEMM TUFFIEĦ?

Għalliema staqsiet lil tifel żgħir tal-klassi tagħha: “Kieku kelli ntik tuffieħa, tuffieħa oħra u tuffieħa oħra, kemm ikollok tuffieħ?” “Erbgħa!” wieġeb it-tifel b’entużjażmu. L-għalliema kienet diżappuntata. Irrepetiet ilmistoqsija u t-tifel taha l-istess tweġiba. L-għalliema ħasbet li t-tifel kellu xi problema biex jifhem x’inhi l-kelma ‘tuffieħa’, għalhekk reġgħet għamlitlu l-istess mistoqsija, biss did-darba minflok semmietlu t-tuffieħ, semmietlu lfrawli. “Tlieta!” wieġeb tajjeb ħafna t-tifel.
L-għalliema ma setgħetx tifhem kif it-tifel wieġeb tajjeb għall-mistoqsija tal-frawli u ħażin għal tat-tuffieħ.
Għalhekk reġgħet staqsietu l-ewwel mistoqsija dwar it-tuffieħ. “Kieku ntik tuffieħa u tuffieħa u tuffieħa kemm ikollok tuffieħ?” “Erbgħa!” kienet it-tweġiba tat-tifel.
“Imma għaliex qed twieġeb tajjeb meta nistaqsik kemm ikollok frawli u ħażin meta nistaqsik kemm ikollok tuffieħ?” staqsiet l-għalliema xi ftit bla paċenzja. “Għax, Miss, jien diġà għandi tuffieħa fil-basket, allura jekk tagħtini tuffieħa, tuffieħa u tuffieħa oħra, jkolli erbgħa, imma jekk tagħtini l-frawli, tlieta biss ikolli!”
Kemm niżbaljaw meta naħsbu li għandna l-informazzjoni kollha, li għandna raġun, li għandna ttweġiba t-tajba u ninsew li jista’ jkun hemm xi ħaġa li ma nafuhiex.
Mela qabel tiġġudika, titmasħan fuq xi argument, tittratta lil xi ħadd ta’ injorant jew rasu iebsa, iftaħ daqsxejn moħħok u kkunsidra li jista’ jkun hemm imqar dettall wieħed li int ma tafux dwar dik il-persuna. U dak li ma tkunx taf jista’ jibdel is-sitwazzjoni kollha! Qabel tiġġudika, iftaħ moħħok beraħ u dejjem ħalli post għal dak li ma tkunx taf.
L-għalliema tal-PSCD.

Unknown's avatarAuthor Siggiewi PrimaryPosted on October 12, 2017Categories NewsletterLeave a comment on Aqra u Irrifletti – KEMM FRAWLI, KEMM TUFFIEĦ?

Posts pagination

Previous page Page 1 … Page 438 Page 439 Page 440 … Page 668 Next page
Dyslexia Friendly School Award Logo by DFS Malta

Active School Flag

Active Malta Logo, showing 3 stylised figures running from left to right.

We are participating in an Erasmus+ Project

Erasmus+ Logo
eTwinning School award for 2023 - 2024

Accessibility Statement

  • Scholastic Year 2025 – 2026
  • School Enrolment
  • Calendar of Events
  • Celebration Day 2026
  • Contact Details
St Ignatius College, Patri Ġużè Delia, Siġġiewi Primary A WordPress.com Website.
  • Subscribe Subscribed
    • St Ignatius College, Patri Ġużè Delia, Siġġiewi Primary
    • Join 849 other subscribers
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • St Ignatius College, Patri Ġużè Delia, Siġġiewi Primary
    • Subscribe Subscribed
    • Sign up
    • Log in
    • Report this content
    • View site in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar