Home

Aqra u Irrifletti – AUTO-GOAL…

Player tal-Football għamel żball kbir li tellef lit-team tiegħu logħba importanti taċ-Championship. Kien qed jiddefendi l-lasta meta ra l-ballun ġej b’mod perikoluż ħafna qrib il-lasta. Għola kemm felaħ biex jilħqu b’rasu. Il-ballun laħqu, kieku, imma d-daqqa ta’ ras li tah marritlu fid-direzzjoni l-ħażina u flok żvija l-ballun, daħħlu dritt fil-lasta tiegħu stess. Il-goaler baqa’ ċċassat lejn il-ballun u s-supporters riedu jiżbranawh, povru player. Beda jirċievi ħafna ittri u emails minn partitarji rrabjati għalih biex jattakkawh u anke saħansitra wħud li għeddewh li joqtluh.

Owen, tifel ta’ seba’ snin u li huwa supporter kbir ta’ dan it-team ukoll ħassu frustrat u rrabjat għall-iżball li għamel dan il-player. Infaqa’ jibki u waqt li beda jolfoq, lil missieru qallu: ‘Imma… kif jista’ jkun jagħmel żball bħal dak?’

Missieru biex jipprova jikkalmah qallu: ‘Jekk inti qed tħossok daqshekk dispjaċut, aħseb u ara hu, miskin, min jaf kif qed iħossu?’

Owen waqaf u wara li ħaseb ftit staqsa ’l missieru: ‘Nista’ niktiblu ittra ħalli jħossu aħjar?’ L-ittra kienet tghid hekk:

“Għażiż goaler,

Għadna kemm rajna l-logħba. Jiddispjaċini għalik imma ridt ngħidlek illi kellek staġun tajjeb ħafna. Għandek tkun kburi, u għalhekk nixtieq nirringrazzjak. Kulħadd jista’ jieħu żball. Jien l-aqwa ammiratur tiegħek.”

Daqsxejn ta’ kelma tajba f’waqtha ta’ missier bidlet il-biki, rabja u frustrazzjoni ta’ ibnu f’sentiment ta’ ħniena. Ġagħlitu jħoss għall-goaler, flok jibqa’ rrabjat għalih.

Kull weġgħa tal-ħajja ġġib magħha reazzjoni ta’ rabja f’qalbna. Imma kull weġgħa tal-ħajja tista’ tkun pont biex nagħrfu xi jħoss min hu mweġġa’ bħalna. Liema waħda se nagħżlu – ir-rabja jew il-ħniena?

Owen tgħallem din il-lezzjoni meta kellu seba’ snin. U int, li qed taqra dan, kemm-il sena għandek?

L-għalliema tal-PSCD.

Sports Day

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar saret l-isports day għat-tfal tal-primarja kollha fil-Cottonera Sports Complex.  Din kienet ġurnata mimlija logħob għat-tfal. Minbarra logħob differenti kien hemm ukoll żfin.  It-tfal kollha ingħataw midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attivita’.  Il-ġenituri u l-għalliema ukoll ipparteċipaw permezz ta’ żewġ logħbiet: tug of war u relay, fejn ikkompetew kontra xulxin! Filfatt din is-sena kienu l-ġenituri li rebħu fiż-żewġ logħbiet!

Grazzi kbira tmur għas-Sur Alan Ellul, Steve Schembri u Denise Camilleri, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju tal-għajnuna biex ittellgħet din l-attivita’.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

1-hour Maths Challenge

The 1-hour Maths Challenge held on the 29th of November was a fun activity for all the children attending Siggiewi Primary. The activities engaged students in problem solving, logical thinking and helped them focus and think mathematically. This activity is part of the school’s Maths action plan to promote Mathematics, help children overcome their fear of the subject and help them realize the importance of Maths in everyday life.

Ms Sandra Abela
Assistant Head

This slideshow requires JavaScript.