Home

Tfakkira

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 13 t’April it-tfal tal-kinder jispiċċaw skola f’11.45, filwaqt li t-tfal tal-primarja jispiċċaw skola f’12.00.

Fl-għaxija ser ikun hemm Celebration Day għat-tfal kollha tas-sitt sena, tfal li se jieħdu xi premju u tfal tal-choir.  Importanti li jiġu biss dawk il-ġenituri li ngħataw invit.  L-invit jgħodd għal żewġ persuni adulti BISS, jiġifieri mhux permess li jiġu tfal żgħar. Nitolbukom li ġġibu l-invit magħkom.  Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom sabiex din l-attivita’ tkun verament ċelebrazzjoni li tibqa’ fil-memorja tat-tfal.

Grazzi

N. Saliba

Kwestjonarju għall-ġenituri

Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu ftit mistoqsijiet relatati mal-iskola tagħna. Hu mistenni li ma tiħdux aktar minn 5 minuti biex tweġbuhom kollha.  Dan nagħmluh biex nidentifikaw fejn, fl-opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu naħdmu biex nitjiebu aktar.  Għaldaqstant l-għajnuna tagħkom f’dan ir-rigward hija imprezzabbli.
Il-kwestjonarju huwa anonimu u ser jibqa’ miftuħ sat-Tnejn 16 ta’ April.
Biex twieġbu l-kwestjonarju, jekk jogħġobkom, idħlu fil-link t’hawn taħt.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola

https://www.surveymonkey.com/r/NNFQBSN