- jgħinuna nagħmlu l-ambjent skolastiku aktar pjaċevoli;
- nesponu lit-tfal għal tipi differenti ta’ sport;
- u nsawru valuri ċiviċi f’uliedna, għal persuni u soċjetà aħjar.
Home
Fun Fruit Day
Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Mejju, bosta tfal marru d-dar b’togħma aktar ħelwa u bnina minn tas-soltu. Il-Kunsill tal-Istudenti organizza Fun Fruit Day. L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien biex issa li beda l-istaġun tal-frott inħajru aktar tfal jieklu l-frott. Għaldaqstant dakinhar it-tfal setgħu jixtru smoothie magħmul minn frott u ħalib frisk. B’kollox kien hemm madwar 470 tifel u tifla li ħadu smoothie, għaldaqstant nistgħu ngħidu li din l-attivita’ kienet suċċess kbir. Nixtiequ nirringrazzjaw lil numru sabiħ ta’ ġenituri li ħadmu qatigħ fil-preparamenti u t-tqassim ta’ dawn l-ismoothies kollha. Mingħajrhom din l-attività, bħal ħafna attivitajiet oħra, ma kinitx tkun possibbli.
Cottonera Resource Centre – Summer School 2018
It-Tnejn 28 sal-Erbgħa 30 ta’ Mejju – Ser jiġu aċċettati BISS applikanti mill-Kottonera, iġifieri Isla, Bormla u Birgu. Postijiet huma limitati. Ser jiġu aċċettati massimu ta’ 40.