Home

Il-Jum Dinji Tat-Tfal

Fl-20 ta’ Novembru jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal. Jum, li kif tissuġġerixxi l-UNICEF, għandu jkun għat-tfal, imħejji mit-tfal.

F’din il-ġurnata, il-UNICEF tippromwovi l-idea ta’ dinja fejn it-tfal ikollhom sehem f’deċiżjonijiet importanti; sehem f’deċiżjonijiet politiċi, edukattivi kif ukoll dawk relatati mal-ambjent.

Filfatt, dan hu li sar fl-iskola tagħna f’din il-ġurnata waqt ‘assembly’ speċjali imtella’ mit-tfal tal-klassi Yr 6.2 fis-sala tal-iskola. Din l-assembly ġiet ippreparata mit-tfal stess waqt il-ħin tal-iskola, fejn fi gruppi ħasbu f’modi differenti ta’ x’jagħmlu kieku kienu għalliema, bennejja, pulizija u mexxejja ta’ xi pajjiż. Dawn l-ideat inqraw fis-sala mit-tfal tal-Yr6.2 u magħhom intwerew ukoll filmati ferrieħa dwar din il-ġurnata. Fost is-suġġerimenti mogħtija mill-istudenti, issemmew li l-iskola jkollha ‘healthy take aways’. Issemmew ukoll li f’Malta jkun hawn aktar bini ta’ ċentri sportivi, iktar rondi frekwenti mill-pulizija kif ukoll li jitrawwem sens ta’ rispett fost iċ-ċittadini.

Għal din l-okkażjoni t-tfal, l-għalliema u l-LSEs ta’ din il-klassi libsu flokkijiet blu. Dan il-kulur huwa abbinat mal-Jum Dinji tat-Tfal. L-‘assembly’ spiċċat permezz ta’ twaddib ta’ bżieżaq blu u ċapċip tat-tfal.

S.Richard

This slideshow requires JavaScript.

Green Day

Nhar it-Tlieta, 27 ta’ Novembru ser norganizzaw Green Day.  Dakinhar l-istudenti kollha tal-iskola ser jiżirgħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni, jiġifieri siġar li ssibhom b’mod naturali ġewwa Malta.  Dawn ser jinżergħu ġewwa kartun tal-ħalib kbir vojta u kompost. Għaldaqstant qed nitolbukom biex tibagħtu kartuna tal-ħalib vojta u nadifa sa nhar it-Tnejn, 26 ta’ Novembru.  Dakinhar tal-attività, jiġifieri fis-27 ta’ Novembru, it-tfal kollha jistgħu jiġu libsin flokk jew qmis ħadra u jeans.  Qed nitolbukom ukoll biex tibagħtu €1 sabiex inkompru l-ispejjeż tal-kompost.

R. Peresso