Home

L-Aħħar Ċena

Is-Sur David Portelli rama’ l-Aħħar Ċena fil-prayer space tal-iskola tagħna. Matul din il-ġimgħa, l-istudenti kollha tal-iskola tagħna qed ikollhom ċ-ċans li jżuruha. Waqt din iż-żjara huma qed isegwu spjega qasira mill-istudenti li qegħdin fil-klassi 4.1.  B’hekk l-istudenti tagħna jidħlu aktar fl-ispirtu ta’ żmien ir-Randan, kif ukoll jiksbu għarfien aktar profond tas-sinifikat tal-aħħar ikla li Ġesù għamel flimkien mal-appostli tiegħu.

R. Peresso

This slideshow requires JavaScript.

Avviż

Il-ġenituri li huma mistednin għal Jum iċ-Ċelebrazzjoni nhar it-Tlieta 16 t’April fis-6.30pm huma mitluba li jġibu l-invit magħhom u jippreżentaw fid-dħul tas-sala.

Nixtiequ nfakkrukom li l-invit jgħodd għal tnejn min-nies adulti biss.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

N. Saliba