Home

Inkurunazzjoni tal-Madonna

Ix-xahar ta’ Mejju huwa iddedikat lill-Madonna. B’hekk fil-15 ta’ Mejju saret attivita’ ħelwa fl-iskola tas-Siġġiewi fejn it-tfal kollha nġabru fis-sala u faħħru lill-Madonna permezz ta’ talb u kant. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-ikbar tifel u l-iżgħar tifel tal-iskola nkurunaw lill-Madonna billi poġġew kuruna fuq rasha. Kienu ħafna t-tfal li ġabu magħhom xemgħa u fjuri bħala offerta għall-Madonna li tant tħarisna.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Kidlympics

Bħal kull sena l-iskola organizzat kidlympics għat-tfal kollha tal-kindergarten. Tul din l-attivita’ sportiva, it-tfal kollha ħadu sehem fi 12-il logħba differenti. Il-ġenituri kienu mistiedna  u setgħu josservaw lit-tfal jieħdu gost f’din l-attivita’.

I. Mizzi

This slideshow requires JavaScript.