Home

Tfakkira – Avviż Importanti

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru  l-edukaturi kollha għandhom COPE training session u b’hekk it-tfal m’għandhomx skola.
Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru l-edukaturi kollha għandhom laqgħa dwar il-Pjan tal-Iżvilupp tal-Iskola wara nofsinhar, b’hekk l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.
Grazzi
N Saliba
On Wednesday 4th December all the educators have a COPE training session, therefore there will be no school for children.
On Monday 16th December all educators have a  SDP meeting in the afternoon, therefore school will finish at 11.45 for kinder pupils and at noon for the primary pupils.
Thanks
N Saliba

Emergent Literacy Workshops

Nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru u nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru saru laqgħat għall-ġenituri tal- kinder 1.  Waqt il-laqgħa, l-għalliema tal-litteriżmu tkellmu dwar x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri  biex jippreparaw ‘l uliedhom  għall-qari  u l-kitba.  L-għalliema tkellmu fuq kemm hu importanti li l-ġenituri jaqraw stejjer lit-tfal, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.  Saħqu   fuq kemm hu importanti li jitkellmu ma’ uliedhom kuljum u jinvolvuhom fix-xogħol tad-dar. Kemm hu importanti li nħallu t-tfal jagħmlu l-affarijiet huma u mhux isibu kollox lest.  Ingħataw ideat ta’ logħob li jistgħu jagħmlu d-dar mat-tfal.  Għal dan il-logħob jintużaw oġġetti ta’ kuljum li ssib fid-dar fosthom labar tal-inxir, tappijiet tal-fliexken tal-ilma, lazzijiet, sponoż, pinzetti, pom poms, passatur u play dough.
Wara il-laqgħa, it-tfal flimkien mal-ġenituri, kellhom workshop fejn it-tfal setgħu jilagħbu u jipprattikaw dak li ntqal waqt il-laqgħa.  Kien hemm għaxar imwejjed b’attivitajiet differenti u t-tfal kollha kellhom opportunita’ li jilagħbu l-logħob kollu.
Ritianne Giordmaina
Literacy Support Teacher
St. Ignatius College

This slideshow requires JavaScript.