Home

1hr SciMaths Challenge

Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru ġiet organizzata għal darb’oħra fl-iskola tagħna, 1hr SciMaths Challenge. Tul din l-attivita’ l-istudenti kollha kemm tal-Kindergarten u kemm dawk tal-Primarja, ħadu sehem fi sfidi marbutin mal-Matematika u max-Xjenza u t-Teknoloġija. L-għalliema u l-kindergarten educators ippreparaw attivitajiet varji fejn it-tfal kellhom jaħdmu fi gruppi sabiex isolvu  b’mod prattiku sfidi li ġew ippreżentati. L-attivitajiet kienu jvarjaw minn logħob bin-numri sa esperimenti xjentifiċi u proġetti teknoloġiċi. Kif jidher mir-ritratti t’hawn taħt, l-istudenti kienu ħerqana biex jieħdu sehem, għamlu ħilithom biex irnexxilhom joħorġu b’soluzzjonijiet u ħadu gost jitgħallmu. Prosit kbira lil kull min għen biex din l-attivita’ tkun suċċess.

A. Caruana

Assistant Head

This slideshow requires JavaScript.

Midday Break Clubs

Ta’ kull sena, it-tfal mir-raba’ sas-sitt sena, ikollhom opportunità jagħżlu li waqt il-brejk jieħdu sehem fi klabb tal-għażla tagħhom. F’kull sena hemm għażla t’erba’ klabbs. Dawn jistgħu jsiru grazzi għall-għalliema u l-LSEs li dejjem jagħtu ħilithom fejn jidħlu t-tfal, kif ukoll għal xi nanniet jew membri oħra fil-komunità li joffru l-għajnuna tagħhom.

Din is-sena għandna l-klabbs tal-kor, tal-logħob tradizzjonali, tal-logħob edukattiv u tal-krafts għat-tfal tar-raba’ sena waqt li t-tfal tal-ħames sena għandhom il-klabbs taż-żfin, tal-Matematika, tal-Board Games u tat-tisjir. It-tfal tas-sitt sena għandhom il-klabbs tal-Milied, tal-arti marzjali, tal-kartolini u tal-futbol.

Prosit u grazzi lil dawk kollha li jagħtu sehemhom biex dawn il-klabbs iseħħu.

Ms S Abela

Assistant Head

This slideshow requires JavaScript.