Home

Year 4 Parents’ Information sessions

The Directorate for Digital Literacy and Transversal Skills is organising free information sessions for year 4 parents/guardians about OTPC Tablets in November 2022. These 1hr sessions will be held using Microsoft Teams.

For more details please see this circular :

DDLTS 27-2022 Year 4 Parents’ Information sessions

F’Novembru 2022 id-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali se jorganizza sessjonijiet ta’ tagħrif bla ħlas għall-ġenituri / kustodji tal-istudenti fir-raba’ sena. Dawn is-sessjonijiet ta’ siegħa, se jsiru onlajn permezz tal-MS Teams.

Għal aktar dettalji ara din iċ-ċirkolari :

DDLTS 27-2022 Laqgħat ta’ tagħrif għall-ġenituri dwar it-tablets (OTPC) fir-Raba’ Sena

Jum Dun Karm

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Ottubru, l-klassi 4.2 ħejjew special assembly dwar il-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila. Dun Karm Psaila  magħruf sempliċiment bħala Dun Karm, kien wieħed mill-aqwa poeti Maltin ta’ kull żmien. Dun Karm ma kienx biss poeta tajjeb iżda wkoll difensur tal-ilsien Malti. Dun Karm kellu jara matul ħajtu t-trijonf tal-Malti kif ukoll tal-poeżija tiegħu. Fi żmien Dun Karm, ilsienna daħal fil-Qrati, fl-iskejjel u anke fl-Universita’ ta’ Malta.

Waqt l-Assenbly, xi studenti qraw l-ewwel poeżija li kiteb Dun Karm bil-Malti, ‘Quddiem Xbieha tal-Madonna’. Dun Karm jibqa’ ukoll magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-‘Innu ta’ Filgħodu’, l-‘Innu ta’ Filgħaxija’, ‘Fil-Ħlewwa ta’ Mejju’ u l-‘Innu Ewkaristiku’ li ħa fama internazzjonali. Bosta persuni u għaqdiet tawh ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu. L-istudent għalqu l-assembly tagħhom b’sunett ta’ Dun Frans Camilleri b’dedika lil Dun Karm Psaila.  

Stephanie Portanier