
Home
Prosit Alayah u Christian
Ir-Reġjun Punent organizza kompetizzjoni tal-presepji għal tfal taħt l-erbatax-il sena. Alayah Fareed li qiegħda fil-klassi Year 4.1 rebħet it-tielet post f’ din il-kompetizzjoni. Cristian Di Gaetano Cassar li qiegħed fil-5.3 ingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u pen drive. Prosit lil dawn iż-żewġ studenti tagħna.
Tagħna Lkoll – 2022
Reġa’ wasal iż-żmien li fih nippublikaw il-fuljett – Tagħna Lkoll. Għandkom ukoll 2 dokumenti meħudha mill-fuljett li tistgħu tniżżlu b’aktar faċilita u taħdmu tul il-vaganzi. Segwu l-ħolqa ta’ hawn taħt biex taraw dan il-fuljett.