Il-Jum Dinji tal-Ktieb – Year 4 – Special Assembly

Fit-22 t’ April l-istudenti tar-raba’ sena tal-4.3 tellgħu Special Assembly rigward il-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Jum Dinji tal-Ktieb kif rikonoxxut mill-UNESCO jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fit-23 ta’ April. F’dan il-jum madwar id-dinja jsiru diversi attivitajiet li jippromovu l-qari u l-kotba, speċjalment fost iż-żgħar. Waqt din l-assembly it-tfal ħeġġew l-istudenti biex jaraw u jħobbu l-kotba. Huma saħqu li l-qari huwa importanti għal ħafna raġunijiet: il-qari tal-kotba ma jagħtix biss gost iżda anke edukazzjoni u tagħlim. Ma naqsux ukoll milli jħeġġu lit-tfal biex jagħmlu użu mil-librerija tal-iskola.

Ms Stephanie Magri

Għalliema tar-raba’ sena

This slideshow requires JavaScript.

High 5 Challenge

Żewġt itfal mill-iskola tagħna intgħażlu biex jieħdu sehem fil-High 5 Challenge, liema żewġt itfal irnexxielhom jgħaddu għat-tieni fażi. F’din il-fażi t-tfal tgħallmu jaħdmu f’tim biex isolvu problemi matematiċi u jaħsbu f’kuntesti differenti minn tas-soltu. Tassew kienet esperjenza pożittiva u nisperaw li sena oħra jkollna aktar kompetituri.

20160502_084129

Kidlympics 2016

Kienet ġurnata xemxija meta nhar il-Ħamis, 28 ta’ April, it-tfal kollha tal-Kindergarten inġabru fil-bitħa għall-attivitajiet tal-Kidlympics. L-istudenti qattgħu sagħtejn mill-isbaħ jieħdu sehem f’logħob organizzat fil-bitħa tal-iskola. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-istudenti ngħataw midalja minn Ms Saliba u ċertifikat ta’ tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom.