Kunċert Russu

L-iskola Primarja Siġġiewi kellha l-unur li tilqa’ grupp ta’ żeffiena u kantanti Russi mis-Siberja li ġew jagħtu kunċert lill-istudenti tal-primarja. Kienet okkażjoni mill-isbaħ fejn l-istudenti setgħu jesperjenzaw il-kultura Russa permezz tal-lingwa, kant u żfin.  Minbarra li kulħadd tpaxxa bl-ispettaklu professjonali, kulħadd seta’ jammira u japprezza l-ġmiel ta’ kostumi u kuluri. Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-parteċipanti tal-Youth Russian Culture Festival in Malta, filwaqt li ringrazzjamenti speċjali jmorru għal Dun Nikol Aquilina, Dr.Snezhana Sofeina u Evgueni Bodishtianu.

N. Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Jum l-Għalliema

Fil-5 ta’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema.  Għal din l-okkazjoni tant speċjali saret special assembly mtella’ minn rappreżentat ta’ kull klassi.  Kull rappreżentant qal frażi ta’ tifħir lill-għalliema tiegħu/tagħha filwaqt li kull għalliema ngħatat qronfla bħala ġest ta’ ringrazzjament għax-xogħol siewi u imprezzabbli li jagħmlu.  B’hekk l-istudenti jagħrfu japprezzaw dejjem aħjar ix-xogħol tal-għalliema, KGAs u LSAs.

N Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.