Ekoskola Survey

Għeżież studenti u ġenituri,

F’isem il-membri kollha tal-kumitat ta’ EkoSkola  għall-proġett ‘Menù għall-Bidla’, qed nitolbukom l-għajnuna tagħkom biex tanalizzaw il-konsum tal-ikel fi djarkom.

https://www.surveymonkey.com/r/JMGXBVL

Dan il-kwestjonarju huwa importanti ħafna għal xogħolna. Minbarra li kull membru fit-tim irid jimlieh bl-għajnuna tal-ġenituri tiegħu, qegħdin nitolbukom ukoll biex il-kwestjonarju jimtela minn sħabna l-istudenti tal-iskola kif ukoll mill-ġenituri tagħhom. Hekk inkunu nistgħu nieħdu ħjiel ta’ dak li hu ‘normali’ għalina fi djarna. Din l-informazzjoni se tgħinna niddeċiedu kif se nfasslu l-Pjan ta’ Azzjoni.

Napprezzaw ħafna jekk tgħinuna fil-mili ta’ dan il-kwestjonarju. Inwegħdukom li l-analiżi tat-tweġibiet tagħkom se jibqgħu anonimi u l-użu tagħhom se jkun biss għat-tfassil tal-attivitajiet tagħna.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Jekk issibu xi diffikultà, staqsuna u nweġbukom bil-qalb kollha. Taħt kull mistoqsija se ssibu xi tagħrif kif għandkom tweġbuha. Fil-bidu tal-formola hemm xi struzzjonijiet bażiċi dwar min għandu jimla l-formola.

Il-kumitat tagħkom ta’ EkoSkola

Hour of Code

Fil-5 ta’ Diċembru, l-iskola tas-Siġġiewi  ħadet sehem fl-Hour of Code.  L-Hour or Code hi attivita’ fejn l-istudenti jagħmlu coding activities u fl-istess ħin ikunu qed jitgħallmu kif iħaddmu moħħhom biex isolvu l-problemi. Għal din l-attivita’ konna onorati bil-preżenza tal-Onorevoli. Dr Chris Agius. Membru parlamentari u Mr James Catania, EO Computing and ICT fejn faħħru l-entużjażmu tal-għalliema u l-istudenti filwaqt li żaru diversi klassijiet.

Ms Natalie Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Festa San Nikola

Fis-6 ta’ Diċembru kellna l-purċissjoni ta’ San Nikola. Din il-purċissjoni ilha ssir għal aktar minn 10 snin u issa daħlet sew fil-kalendarju kulturali tas-Siġġiewi, tant li ammont sostanzjali ta’ residenti jakkumpanjawna fit-toroq Siġġiwin.

Din is-sena wkoll kellna festa mill-isbah b’numru ta’ tfal li jilbsu ta’ personaġġi fosthom ta’ San Nikola, Basilju, it-tliet xebbiet, il-Granmastru Ferdinand von Hompesch u oħrajn. Barra minn hekk l-istatwa kienet merfugħa mit-tfal tas-sitt sena.

Għall-ewwel darba wkoll fil-knisja saret reċta mit-tfal fuq kitba ta’ Dun Nikol Aquilina.

Nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-attivita’ setgħet tittella’ b’suċċess  –  Beppe, Agnes u Grace tal-ħjata, Twanny Mifsud, Ganni Bezzina, l-Arċipriet, Fr Chris, il-pulizija, Banda San Nikola, Siġġiewi Festival Brass Band, il-minor staff, Ms Stephanie Zammit, Ms Daniela Baldacchino, Ms Priscilla Vella, Ms Toni Calleja, Ms Marlene Vella u Ms Claire Cardona.  Grazzi wkoll lit-tfal kollha li ħadu sehem.

This slideshow requires JavaScript.