We have conducted a questionnaire among all pupils in our school in years 2, 3, 4 and 5 to gather insight on our pupils’ reading habits. The results of this questionnaire can be viewed here below. Results are for each separate year group. This study enables us to continue developing the reading skills in our pupils by devising effective strategies and policies built on a thorough understanding of the context in our school.
Category: School Activities
Zero Waste Lunch
L-istudenti fl-iskola Primarja Siġġiewi ipparteċipaw f’inizjattiva tal-Ekoskola li tissejjaħ Zero Waste Lunch. L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li l-istudenti jgħarfu li ma jkunx hemm ħela fl-ikel li jġibu magħhom l-iskola u lanqas rimi ta’ affarijiet żejda billi jġibu l-ikel f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jużaw u jġibu sarvetta minflok karta li tintrema. L-istudenti kollha pparteċipaw u kull klassi ngħatat ċertifikat.
Go Blue day in aid of Caritas Malta
Għeżież ġenituri,
Biex nagħlqu l-Be a Buddy Week, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Frar ser nagħmlu Go Blue Day. Qed nistiednu lit-tfal biex dakinhar jiġu l-iskola libsin casual, basta jkunu libsin xi ħaġa blu, kulur li hu assoċjat mal-anti-bullying. Qed nistidnihom ukoll biex iġibu €1. Il-flus miġbura ser jingħataw lill-Caritas Malta, organizzazzjoni li taħdem ħafna ma’ vittmi ta’ inġustizzji u vizzji.
N. Saliba
Kap tal-iskola
