World Book Day Competition

Fl-14 ta’ Ġunju saret ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-iskola Primarja Siġġiewi tal-kompetizzjoni World Book Day. Is-Sur Mark Zammit mill-Aġenzija tal-Litteriżmu ta premjijiet lit-tfal kollha li ħadu sehem kif ukoll dawk li rebħu. It-tfal kollha li pparteċipaw imma ma rebħux ingħataw premju ta’ konsolazjoni li kien sett ta’ kotba għal kull tifel u tifla. Dawk il-klassijiet u tfal individwali li rebħu ingħataw ċertifikat u voucher li jissarraf f’kotba.

 

Ir-rebbieħa huma: Ms Antonia Aquilina                      KG 2.5  it-tielet

                                    Ms Nadia Sammut                        Yr 2.3  L-ewwel

                                    Ms Moira Darmanin                      Yr 2.2  it-tielet

                                    Ema Mallia                                       Yr 3.3  l-ewwel

                                    Amy Gauci                                        Yr 3.3 it-tieni

                                    Liam Falzon                                      Yr 4.1  it-tieni

                                    Kyra Grima                                       Yr 5.3  it-tielet

                                    Carrick Saliba                                  Yr 6.1  it-tielet

This slideshow requires JavaScript.

The Active School Flag

L-iskola Primarja tas-Siġġiewi għadha kif ġiet onorata billi ngħatat  The Active School Flag . Din il-bandiera ngħatat bħala rikonoxximent tal-attivitajiet varji tal-edukazzjoni fiżika li jsiru b’mod regolari fl-iskola tagħna.  Fost dawn l-attivitajiet nistgħu nsemmu l-Isports Day għat-tfal tal-primarja kollha, Kidlympics għat-tfal tal-kindergarten, Olymaths, esibizzjoni tal-arti dwar l-isport, Braingym li jsir filghodu waqt l-assembly, mid-day break clubs u ħafna attivitajiet sportivi ġewwa u barra l-iskola.
N Saliba