Matul is-sena skolastika li għaddiet il-klassijiet tat-tielet sena ħadu sehem fi proġett tal- eTwinning li kien jismu ‘This is where I come from’. It-tfal kellhom iċ-ċans jaqsmu informazzjoni dwar ir-raħal tagħhom ma’ tfal minn skejjel oħra permezz ta’ għodda teknoloġiċi differenti. Fl-aħħar ikkomunikaw permezz ta’ Skype u ħadu gost jistaqsu mistoqsijiet dwar l-irħula lil xulxin. Dan il-proġett ġie mogħti l- Quality Label u l-istudenti ġew mogħtija ċertifikat kull wieħed.
Category: School Activities
Kunċert Russu
Għat-tieni sena konsekuttiva ġol-iskola Primarja Siġġiewi ttella’ kunċert minn żeffiena u kantanti Russi. Kien spettaklu ta’ żfin, kant u daqq ta’ strumenti mill-isbaħ u li permezz ta’ dan, l-istudenti setgħu jaraw u jammiraw il-kultura Russa. Ħadu sehem f’dan l-ispettaklu bandisti u kantanti adulti filwaqt li ż-żfin sar minn żeffiena tfal. Il-kostumi kienu vibranti u jirriflettu l-kultura Russa. Grazzi kbira tmur għal Dun Nikol Aquilina li bis-saħħa tiegħu dan il-kunċert sar fl-iskola tagħna.
N. Saliba
Animal Awareness Day
Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru fl-iskola Primarja Siġġiewi ċċelebrajna Animal Awareness Day. Din hi ġurnata speċjali li tkun tant mistennija mill-istudenti kollha. F’dan il-jum l-istudenti ġabu l-pets tagħhom ġewwa il-bitħa tal-iskola u tbierku mill-arċipriet Fr. Joe Grech. L-annimali kienu bil-bosta: klieb, qtates, fniek, fkieren, ħut, hamsters, għasafar u saħansitra barbaġan! L-għan ta’ din l-attivita’ hu li nrawmu sens ta’ imħabba u responsabbilta’ lejn l-annimali kollha.
N. Saliba