Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ April. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Category: School Activities
World Down Syndrome Day
Dawn huma xi ritratti li ħadna nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu. L-iskola ċċelebrajna din il-ġurnata b’solidarjetà ma’ Luca, tifel fil-year 2. Imma wkoll biex ngħinu lit-tfal tagħna jiffukaw fuq il-kapaċitajiet u drittijiet ta’ kull persuna, hi min hi u hi x’inhi.
l-esibizzjoni tal-Arti tal-Kulleġġ San Injazju
L-esibizzjoni tal-Arti tal-Kulleġġ San Injazju tinsab fil-palazz tal-President il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden imur jara din l-esibizzjoni mtella’ mill-istudenti tal-kulleġġ tagħna. Inħajrukom ukoll tixtru l-biċċiet tal-arti li l-flus tagħhom imorru għall-Community Chest Fund.