SuperT

Għal sena oħra l-klassijiet mit-tielet sas-sitt sena, ħadu sehem fil-logħba SuperT. Fl-aħħar l-istudenti kkompetew kontra xulxin sakemm spiċċajna b’żewġ finalisti minn kull sena. Dawn tal-aħħar ikkompetew ma’ ħafna studenti oħra internazzjonalment u bi pjaċir nistgħu ngħidu li morna veru tajjeb. L-istudenti tagħna ġew bejn id-59 u t-313 il-post minn għexieren t’eluf ta’ studenti minn madwar id-dinja kollha.  

image1

Togħma tal-Karate

Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Mejju, ġew l-iskola tagħna numru ta’ atleti tal-Karate.  Dawn għamlu special assembly għall-istudenti li qegħdin fl-ewwel sas-sitt sena.  Matulha it-tfal tagħna setgħu jitgħallmu ftit mossi bażiċi tal-Karate.  Imma tgħallmu wkoll li l-Karate mhux sempliċiment ġlied, imma fuq kollox huwa still ta’ ħajja mibni fuq dixxiplina kbira, kontroll tal-emozzjonijiet, rispett lejn ħaddieħor u konċentrazzjoni massima.  Din l-attività kienet biss waħda minn kullana ta’ attivitijiet sportivi li jservu diversi skopijiet, fosthom:
  • jgħinuna nagħmlu l-ambjent skolastiku aktar pjaċevoli;
  • nesponu lit-tfal għal tipi differenti ta’ sport;
  • u nsawru valuri ċiviċi f’uliedna, għal persuni u soċjetà aħjar.

    This slideshow requires JavaScript.

     

Fun Fruit Day

Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Mejju, bosta tfal marru d-dar b’togħma aktar ħelwa u bnina minn tas-soltu. Il-Kunsill tal-Istudenti organizza Fun Fruit Day.  L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien biex issa li beda l-istaġun tal-frott inħajru aktar tfal jieklu l-frott. Għaldaqstant dakinhar it-tfal setgħu jixtru smoothie magħmul minn frott u ħalib frisk.  B’kollox kien hemm madwar 470 tifel u tifla li ħadu smoothie, għaldaqstant nistgħu ngħidu li din l-attivita’ kienet suċċess kbir.  Nixtiequ nirringrazzjaw lil numru sabiħ ta’ ġenituri li ħadmu qatigħ fil-preparamenti u t-tqassim ta’ dawn l-ismoothies kollha.  Mingħajrhom din l-attività, bħal ħafna attivitajiet oħra, ma kinitx tkun possibbli.

This slideshow requires JavaScript.