Category: School Activities
Jum Dun Karm
It-tfal tal-klassi 6.3 ippreparaw assembly speċjali lejliet l-għeluq il-147 sena mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Wara riċerka li għamlu l-istudenti tal-istess klassi individwalment, inħoloq rakkont f’forma ta’ intervista. Kienu diversi mistoqsijiet li ħarġu spunti dwar ħajjet Dun Karm Psaila, kif ukoll twassal messaġġ sabiex inkunu iżjed grati u nagħmlu użu aħjar mil-lingwa tagħna, il-Malti. Inqaret ukoll poeżija miktuba minn Dun Karm Psaila stess – ‘Nar tat-Tiben?’, kif ukoll bħala skola sħiħa, kif isir kull filgħodu tkanta l-Innu Nazzjonali ta’ Malta li wkoll ġie miktub mill-istess poeta. Din l-attività kienet ta’ interess għall-istudenti għax ġie muri kif dan il-poeta kien tifel bħalhom u għamel suċċess f’ħajtu bil-kitbiet letterarji tiegħu u l-kontribuzzjoni kbira li ta lil-lingwa Maltija.
C. Ciappara
Animal Awareness Day
Nhar il-Ħamis 4 t’Ottubru kienet il-festa ta’ San Franġisk u peress li dan il-qaddis kellu għal qalbu l-annimali, fl-iskola ċċelebrajna Animal Awareness Day fejn it-tfal ġabu l-pets magħhom l-iskola u tbierku mill-Arċipriet Fr. Joe Grech. Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ngħallmu lit-tfal iħobbu l-annimali kollha u jifhmu l-importanza tal-annimali fil-ħajja tagħna u li dawn ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom!
N Saliba





