Biex nuru l-apprezzament tagħna għas-servizz li Dun Joe Grech tana bħala arċipriet, għamilna special assembly f’ġieħu. L-ispecial assembly ġiet imtellgħa minn Ms Moira u l-klassi tagħha. Huma għamlu intervista qasira ma’ Dun Joe, irringrazzjawh tal-ħidma tiegħu fostna u awgurawlu ħidma sfiqa fil-parroċċa ta’ H’Attard. Lil Dun Joe aħna nibqgħu niftakruh għall-umiltà u t-tjubija tiegħu.
Category: School Activities
Coding Activities
F’Jannar l-iskola tagħna pparteċipat fl-Hour of Code, attivita’ edukattiva fejn studenti minn madwar id-dinja jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ coding. Kelma oħra għal coding tista’ tkun programming, jew fi kliem aktar sempliċi l-għotja ta’ istruzzjonijiet fi programm tal-kompjuter. L-attivitajiet li ngħataw l-istudenti ż-żgħar tagħna kienu jirrikjedu, fost l-oħrajn, l-għoti ta’ istruzzjonijiet lill-oġġett partikolari biex minn post imur f’post ieħor. It-tfal tal-klassijiet il-kbar ingħataw sfida biex jibnu robots li jimxu jew mtieħen tar-riħ li jduru. Dawn l-attivitijiet jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħila li jaħsbu b’mod loġiku u li jħaddmu moħħhom biex isolvu l-problemi li jiffaċċaw ruħhom magħhom.
Attivitajiet simili jibqgħu jsiru matul is-sena skolastika.
R. Peresso
Jum il-Mara
Bħal kull sena ċċelebrajna Jum il-Mara permezz ta’ special assembly. Din is-sena ħadu ħsiebha l-istudenti tal-kunsill. Matulha semmew nisa li għamlu invenzjonijiet importanti (https://www.buzzfeed.com/hannahjewell/inventions-by-women-that-changed-the-world). Fl-aħħar tal-assembly in-nisa kollha li jaħdmu fl-iskola tagħna ngħataw qronfla bħala turija ta’ rispett u ringrazzjament.
R. Peresso