ArtyMaths

Nhar il-21 ta’ Marzu, it-tfal tal-Kinder 1 u 2, ħadu sehem f’attività interessanti marbuta mal-Matematika – ArtyMaths. B’din l-attività t-tfal fehmu kunċetti matematiċi permezz tal-Arti. It-tfal ħadu ħafna pjaċir jikkrejaw, jiskopru u jużaw il-kuluri biex jiksbu għarfien dwar topiks bħal simmetrija, valur ta’ numri, forom 2D u ħafna oħrajn.

S. Abela

This slideshow requires JavaScript.

Drittijiet għall-Persuni b’Diżabilità

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019, kellna fostna lis-sur Christian Camilleri, rappreżentant tal-Kummissjoni Għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’. Is-sur Camilleri ddiskuta mal-istudenti tas-sitt sena, temi marbuta mas-suġġett, fosthom l-aċċessibilità u diffikultajiet oħra li jiltaqgħu maghħom persuni b’diżabilità. Bil-mistoqsijiet u l-osservazzjonijiet li għamlu, l-istudenti urew li huma sensittivi għal dawn il-problemi. Din kienet esperjenza pożittiva ħafna għal kull min kien involut.

Anthony Caruana