Animal Awareness Day

Nhar il-Ġimgħa, 4 t’Ottubru kienet il-festa ta’ San Franġisk u peress li dan il-qaddis kellu għal qalbu l-annimali, fl-iskola ċċelebrajna Animal Awareness Day fejn it-tfal ġabu l-pets magħhom l-iskola u tbierku mill-Arċipriet Fr. Josef Mifsud.  Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ngħallmu lit-tfal iħobbu l-annimali kollha u jifhmu l-importanza tal-annimali fil-ħajja tagħna u li dawn ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom!

N Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Yr 1.4 etwinning project

Proġett ta’ Etwinning – The Little Music STEAMers.
F’dan il-proġett, il-klassi tagħna ħadet sehem ma’ żewġ skejjel mill-Greċja, skola mir-Rumanija, l-Italja u t-Turkija. F’dan il-proġett, it-tfal ħadmu fuq STEAM (Science, Technology, Engineering, Arts and Mathematics).
It-tfal f’kull skola introduċew lilhom infushom permezz ta’ tpinġijiet u ritratti. Wara, t-tfal kellhom l-opportunita’ jaqsmu tradizzjonijiet Maltin fosthom żifnu l-Maltija u kantaw xi innijiet bil-Malti. Raw wkoll żfin u tradizzjonijiet tal-pajjiżi l-oħra.
 
Bħala proġetti, it-tfal kellhom joħolqu strumenti mużikali flimkien u joħolqu mużika flimkien (Agħfas fuq il-links t’hawn isfel biex tara vidjows qosra ta’ dan.). Permezz tal-etwinning, it-tfal qasmu l-attivitajiet tagħhom ma’ tfal f’pajjiżi oħra u kellhom ċans jaraw ix-xogħol ta’ tfal oħra. Saru wkoll esperimenti li jinvolvu l-mużika u t-teknoloġija. Fl-aħħar, inħolqot diska waħda li fiha kull klassi minn kull pajjiż li ħadet sehem, irrikordjat il-lirika bil-lingwa tagħha. B’hekk t-tfal semgħu diska waħda b’ ħafna lingwi differenti.
 
Permezz ta’ dan il-proġett, t-tfal żviluppaw il-ħiliet tagħhom fix- xjenza, it-teknoloġija u l-mużika. Kellhom ċans jiskopru u jagħrfu tradizzjonijiet differenti minn pajjiżi differenti u ħadmu flimkien għal għan wieħed.
Ms Francesca

Siġar

Bħalma forsi tiftakru, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika konna organizzajna Green Day.  Matulha, it-tfal kollha tal-iskola kienu żergħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni ġo kartun tal-ħalib.  Aħna bqajna nsaqquhom u nindukrawhom.  Dawn li qed taraw fir-ritratti huwa r-riżultat li kellna. B’kollox għandna 43 siġra u arbuxell.  L-aktar li ħadu kienu s-siġar tal-Ħarrub.  Imma għandna wkoll diversi Siġar ta’ Ġuda, Ċipress, Alaternu u Qarn il-Mogħża.
Issa nkomplu niedu ħsiebhom fix-xhur sħan u xotti tas-sajf, biex f’Ottubru nħawluhom fil-ħamrija.
R. Peresso