Sports Day

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar saret l-isports day għat-tfal tal-primarja kollha fil-Basketball Pavilion Ta’ Qali.  Din kienet ġurnata mimlija logħob għat-tfal. Minbarra logħob differenti kien hemm ukoll żfin.  It-tfal kollha ngħataw midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attività.  Il-ġenituri kienu mistiedna u dawn ħadu sehem attiv fiż-żfin. Il-ġenituri u l-għalliema ukoll ipparteċipaw permezz ta’ żewġ logħbiet: tug of war u relay, fejn ikkompetew kontra xulxin! Filfatt din is-sena għalkemm tim ta’ġenituri ħarġu rebbieħa fir-relay, kien it-tim magħmul minn memberi tal-istaff tal-iskola li ħareġ rebbieħ fit-tug of war!

Grazzi kbira tmur għas-Sur Alan Ellul, Steve Schembri u Ruben Spiteri, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika, u lis-sur Pulis tal-għajnuna biex ittellgħet din l-attività.

Anthony Caruana

This slideshow requires JavaScript.

Ċelebrazzjoni tal-Milied

Fl-aħħar ġurnata tal-iskola, qabel il-vaganzi tal-Milied, għamilna purċissjoni bil-Bambin ġewwa l-iskola.  Il-Bambin ġie merfugħ minn erbat itfal tas-sitt sena, waqt li l-kant ġie animat mill-kor tal-iskola tagħna.  Wara l-purċissjoni, inġbarna fis-sala għall-programm qasir.  Matulu smajna l-prietka tal-Milied, magħmula tant tajjeb mill-aħwa bniet Kendra (5.2) u Maya Galea (4.3), tellajna xi prersepji u statwi sagri, ġentilment mogħtija mill-Mużew tas-Subien u tajna l-ikel miġbur mill-klassijiet tal-primarja għall-familji fil-bżonn lill-Arċipriet, Dun Josef.

Mr R Peresso

Qari b’Tema tal-Milied

Nhar it-Tnejn 9 ta’ Diċembru u t-Tlieta 10 ta’ Diċembru, it-tim tal-litteriżmu organizza attivita’ ta’ qari bit-tema tal-Milied. L-għalliema tal-litteriżmu żejnu l-‘prayer space’ b’tiżjin tal-Milied u hemmhekk laqgħu studenti mill-kindergarten sat-tielet sena. Huma animaw u qraw il-ktieb Dear Santa. L-attivita’ kienet suċċess u t-tfal ħadu ħafna pjaċir. Din l-attivita’ urietna kemm hu importanti li nsibu ħin biex naqraw mat-tfal. Il-qari jagħti lit-tfal benefiċċji għal ħajjithom kollha.

Ms I. Mizzi

This slideshow requires JavaScript.