Jum is-Siġġiewi

Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, iċċelebrajna Jum is-Siġġiewi fl-iskola tagħna.  Il-klassi tar-raba’ sena 4.2 ippreparat preżentazzjoni speċjali biex niftakru aktar f’raħal twelidna.  Xi tfal fi gruppi ppreparaw Show and Tells fejn fiha qassmu xi tagħrif ġenerali dwar is-Siġġiewi, dwar il-widien li għandna fih, il-knisja l-antika u dik preżenti u anke dwar il-festa tar-raħal.  Wara ltqajna ma’ tmint itfal li laqqgħuna ma’ personalitajiet magħrufa fis-Siġġiewi.  Dawn huma l-Granmastru Ferdinand Hompesch, Ġuże Aquilina, Lorenzo Gafa’, Karmenu Vassallo, Albert Fenech, Dun Pawl Laferla, Nikola Zammit u Pawlu Aquilina.  Meta rajna kemm dawn in-nies ħadmu biex is-Siġġiewi sar dak li hu llum, nifhmu aktar kemm għandna nkunu kburin li ngħixu f’Citta Ferdinand.
Għal din l-okkażżjoni kienu mistiedna membri tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u tal-Kunsill Skolastiku.
Seta’ kien akbar, seta’ kien isbaħ, raħal twelidi jogħġobni sħiħ!
S. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Safer Internet Week

Matul il-ġimgħa l-oħra ġiet imfakkra s-Safer Internet Day.  Għaldaqstant diversi għalliema għamlu attività edukattiva fuq din it-tema.  Apparti minn dan, Sa. Nadia Briffa flimkien mal-LSEs fil-klassi tagħha, Sa Mandy Borg u Sa Mary Grace Tanti, u t-tfal tal-klassi 3.4 tellgħu special assembly  dwar din it-tema tant importanti.  Inħeġġukom biex iżżommu lilkom infuskom infurmati sew fuq dan is-suġġett u ssegwu dak li uliedkom ikunu qed jagħmlu online.
R. Peresso

This slideshow requires JavaScript.

STEAM Workshops

Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Jannar 2020, ġew organizzati workshops għall-ġenituri li għandhom it-tfal fil-klassijiet tal-Primarja, F’dawn il-workshops, ingħata tagħrif dwar it-tagħlim tax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Primarja u kif dan jorbot ma’ suġġetti oħra bħall-Matematika, fi proġetti ta’ STEAM. Il-ġenituri li attendew bi ħġarhom, kellhom l-opportunita’ ukoll li jmiddu idejhom u jieħdu sehem huma wkoll fi proġett prattiku. Din l-inizzjattiva ġiet organizzata bl-għajnuna ta’ Ms I. Zerafa, Uffiċċjal Edukattiv tax-Xjenza u t-Teknoloġija, Mr  C. Buttigieg, Kap tad-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija u Ms M. Morris Kap tad-Dipartiment tal-Matematika.
Anthony Caruana
Assistent Kap

This slideshow requires JavaScript.