Open Day għall-Ġenituri

Għeżież Ġenituri

Infakkarkom li intom mistiedna għal-lezzjonijiet li se jsiru għada l-Erbgħa bejn id-9.00am u nofsinhar. Il-programm se jibqa’ dak li bgħatnielkom. Fid-9.00am se jiġi inawgurat il-grawnd li għadu kif inkesa, mill-Onor Clyde Puli.

It-tfal jidħlu bħas-soltu fit-8.25am. Il-ġenituri jidħlu bejn it-8.35am u t-8.45am kif ġej:

Kindergarten:      Mill-bieb tal-foyer

Years 1, 2 u 3:    Mill-bieb ta’ quddiem nett tas-sala (ħdejn il-Monument)

Years 4, 5 u 6:    Mill-bieb tan-nofs (li jiġi tas-sala fuq wara)

Min irid jista’ jieħu t-tfal miegħu f’nofsinhar.

Tkaken mhux permessi, minħabba l-art tal-bitħa. Importanti li t-tfal jużaw il-beritta (u jekk tridu anke intom).

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Mr P Decelis

Aġent Kap tal-Iskola

Siggiewi Primary Open Day’s Promo

Fost l-attivitajiet kollha li l-iskola tagħna torganizza għalina, din is-sena ser ikollna OPEN DAY miftuħa għal kulħadd.

B’hekk l-ex studenti jistgħu jaraw kif inbidlet l-iskola matul is-snin.

L-istudenti tal-lum jistgħu iqattgħu ġurnata mal-ġenituri tagħhom fl-iskola tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn joqogħdu fil-klassi.

Kulħadd jista jara minn ġewwa, dak li normalment jara minn barra.

Fid-disgħa nibdew b’quddiesa fis-sala.

Bejn l-għaxra u l-erbgħa, il-Muzew tal-Istorja tal-Edukazzjoni jkun miftuħ flimkien ma’ esibizzjoni ħajja dwar snajja tradizzjonali Maltin.

Sport għal kulħadd fil-btieħi: basketball, tennis, gymnastics u oħrajn.

Ikel tradizzjonali Malti …

… u fl-erbgħa jibda Talentagħna, Talent Show imtella mill-istudenti, għalliema, ġenituri u oħrajn.

MELA żommu nhar il Ħadd 20 ta’ Mejju 2012 liberu, u ejjew qattgħuh magħna fil-Kulleġġ San Injazju, Primarja Siggiewi.

OPEN DAY GĦALL-ĠENITURI

Għall-ewwel darba ser issir OPEN DAY għalikom nhar l-ERBGĦA 9 ta’ MEJJU 2012. Jistgħu jattendu biss dawk li uliedhom jattendu din l-iskola. B’hekk tkunu tistgħu taraw il-proċess li minnu tgħaddi l-iskola f’ġurnata normali. Ovvjament il-klassijiet huma żgħar, jiġifieri mhux se tkun faċli li kulħadd jidħol u joqgħod komdu. Pero’ jiena ċert li kulħadd ser japprezza din l-opportunita’ u x-xogħol li jsir.

Programm:

08:45 – 09:00: Laqgħa fis-sala. Dħul minn Triq l-Iskola (skont kif ikun indikat).

09:00 – 10:00: L-ewwel sessjoni (Kinder fil-klassi; Yrs 1,2,3 fil-klassi; Yrs 4,5,6 fil-bitħa)

10:00 – 10:30: Brejk. Il-ġenituri kollha jinżlu fil-bitħa. Jistgħu jinxtraw sandwich u drink.

10:30 – 11.30: It-tieni sessjoni (Kinder fil-klassi; Yrs 1,2,3 fil-bitħa; Yrs 4,5,6 fil-klassi)

11.30 – 12:00: Mass Movement (Zumba) għal kulħadd.

Għalhekk intom imħeġġa tiġu liebsa sportiv. Tkaken mhux permessi minħabba l-grawnd. Ilbsu u libbsu lil uliedkom il-brieret. Fl-aħħar tistgħu tieħdu lil uliedkom magħkom. Grazzi. Narawkom nhar l-Erbgħa fid-08:45.

P Decelis

Aġent Kap tal-iskola.