Fun Run

Din is-sena l-Fun Run tal-President se ssir fit-2 ta’ Diċembru.  Bħas-sena l-oħra, l-iskola ser tieħu sehem f’din il-mixja.  Permezz ta’ dan, l-iskola trawwem fl-istudenti sens ta’ solidarjetà u nħeġġuhom jieħdu sehem attiv f’okkażżjonijiet nazzjonali.  Inħeġġukom biex flimkien mal-familji tagħkom tieħdu sehem magħna f’din il-mixja. Din tieħu minn Santa Venera sal-Belt Valletta.

Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jimla l-applikazzjoni li ssibu għand is-segretarja tal-iskola u fiha tindikaw il-qies tal-flokk li jingħata lill-parteċipanti u jekk hux ser tużaw trasport mill-iskola u lura.  Il-ħlas ta’ €10 kull persuna isir ukoll l-iskola.

Launch of Catch the Drop Campaign at St Ignatius College Siġġiewi Primary

On the 10th of October, the Catch the Drop campaign 2012/2013 was launched at Siġġiewi Primary in the presence of the Hon. George Pullicino, Minister for Resources and Rural Affairs.  The activity started with a video illustrating the importance of saving water.  The school choir then performed the official Catch the Drop song.  The activity followed with a presentation on the Fawwara Aqueduct by two pupils of the school whilst another two  talked about techniques for saving water.   Minister Pullicino presented Year 1 and Year 2 children with books and HSBC representatives presented the school with extra sets of books.  Also present was Harvey, the mascot of the campaign.  Mr Decelis, Head of School, was presented with a memento and concluded the activity with a speech.

This slideshow requires JavaScript.

Il-borża ta’ San Martin

Għeżież Ġenituri

Għal darb’oħra, l-iskola ser terġa’ torganizza l-borża ta’ San Martin.  Din tant kienet ta’ suċċess is-sena li għaddiet, li ħafna ġenituri talbuna biex nerġgħu nagħmluha.

Kif tistgħu tifhmu, din titlob spejjeż u xogħol li l-iskola weħidha ma tistax tagħmilhom.  Għalhekk nistedinkom biex min jixtieq li wliedu jingħataw il-borża, hu ġentilment mitlub iħallas €4 sal-Erbgħa 31 ta’ Ottubru.  Ma jiġux aċċettati ordinjiet wara din id-data.

Jekk jogħġobkom erġgħu rritornaw il-borża lura wara li tkunu lesti minnha.  Din terġa’ tintuża għas-sena ta’ wara.

Ġenituri Kunsill Skolastiku