Christmas celebrations at our school

Siggiewi Primary organised an interesting concert for Christmas week. The concert was very varied and ALL pupils from Kindergarten to Year 6 took part.  It was full of drama, singing and dancing.

On Friday, after a procession with Baby Jesus in the school corridors and a religious function in the school hall, class parties offered entertainment and good food for pupils.

Pastizzi and sausage rolls, which feature in the prohibited food list of the Healthy Lifestyle Policy of the Ministry of Education (p. 31, link hereunder) https://www.education.gov.mt/MediaCenter/Docs/1_healty%20eating.pdf
gave way to healthier food like chicken wraps and ħobż biż-żejt. Siggiewi Primary won first prize in the Primary Schools section of the national Healthy Lifestyle Awards 2012.

We would like to thank all parents for their great help in the organisation of these activities.

Żieda mal-Kalendarju ta’ Jannar 2013

Ġejna infurmati li nhar il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2013, filwaqt li filgħodu jkollna l-elezzjoni fejn jivvutaw l-istudenti biex itellgħu l-Kunsill tal-Istudenti għall-2013, l-iskola tispiċċa f’nofsinhar, minħabba li l-istaff tal-iskola ser ikollu sessjoni ta’ training importanti bejn in-12.30pm u s-2.30pm.

 Grazzi u awguri

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

ĊIRKULARI TAL-MILIED 2012

1. Wasalna fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2012!  Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena.  Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna.  Ser nibgħatulkom in-Newsletter tal-Milied. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Duruha u ħudu nota tal-attivitajiet mill-Kalendarju li jinsab fiha.

2. Nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru 2012 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola.  Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Il-concert jibda fid-9.15am. Il-bieb jinfetaħ fid-9am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ iddum xi sagħtejn.  Ser ikollna fotografu biex jieħu ritratti professjonali u anke vidjo.

 3. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata u jsiru l-parties. Dawn jispiċċaw f’nofsinhar.

 4. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar l-elezzjoni tal-Kunsill  Skolastiku 2013 – 2014. F’nofs Jannar ninfurmawkom jekk kienx hemm aktar minn 3 nominazzjonijiet mill-ġenituri.  Jekk iva ssir elezzjoni fit-18 ta’ Jannar 2013.  F’dak il-każ inħeġġukom tiġu l-iskola tivvutaw.

 5. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar kors tal-First Aid li ser norganizzaw apposta għalikom f’Jannar 2013.  Importanti li tapplikaw immedjatament.

 6. Ser issir żifna tal-ġenituri għall-karnival. Min jixtieq jieħu sehem għandu jattendi għar-rehearsals li jibdew nhar it-Tlieta 8 ta’ Jannar 2013 fis-7.30am.

Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2013 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.

P Decelis

Kap tal-iskola