Fil-15 ta’ Frar saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena. Ġew diskussi r-regoli ta’ mġieba u ġew deċiżi r-rwoli fil-kunsill fosthom dawk tal-president, viċi president, segretarju, teżorier u pro. Dawn il-membri ser jibqgħu fil-karigi tagħhom sakemm terġa’ ssir elezzjoni ġdida f’ Jannar 2014.
Category: School Activities
Story-telling mat-tfal tal-Kinder 2
Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Frar, l-istudenti ta’ Ms Maria u Ms Jessica fil-Kinder 2 kellhom attività interessanti ħafna li l-għan tagħha kien li l-istudenti tagħna jibdew iħobbu l-qari sa minn età żgħira. Għal din l-attività kienu mistiedna l-ġenituri li ħadu sehem attiv mat-tfal. L-ewwel it-tfal kantaw mal-kanzunetta Old McDonald u wara ġiet moqrija storja fuq l-istess tema jiġifieri annimali tar-razzett. Wara l-istudenti tagħna ġew murija ideat differenti kif jistgħu jagħtu kulur lil stampa ta’ baqra li bl-għajnuna tal-ġenituri pinġew. Fl-aħħar it-tfal tkellmu dwar l-annimali u l-attività għalqet b’żifna.
Il-Karnival fl-iskola
Din hija forsi l-aktar ġurnata li fiha naraw it-tfal ferħanin. U għalhekk din il-ġurnata fl-iskola tagħna kienet speċjali. L-istudenti tagħna miż-żgħar sal-kbar inġabru fis-sala tal-iskola fejn segwew programm divertenti. L-ewwel kellna żifna minn uħud mill-istudenti, wara żifna minn grupp ta’ ġenituri, oħra mill-caretakers tal-iskola u fl-aħħar mill-għalliema tagħna. Dawn ġew imħarrġa minn Ms Stephanie b’dedikazzjoni kbira. Dr Pace, l-għalliem tal-mużika, ħarreġ studenti tat-Tieni Sena li taw preżentazzjoni mużikali ta’ Carnival drumming. Fl-aħħar l-istudenti telgħu fuq il-palk klassi klassi sabiex kulħadd seta’ jammira l-kostumi varji li kienu lebsin.
