Ħieni int meta tgħin…..Proġett Tama Kenja 2013

Il-Mission Fund qed jagħmlu talba biex kull tifel u tifla jagħtu xi ħaġa tal-ikel (tonn taż-żejt, corned beef, te’ kafe’, trab tal-ħalib, zokkor, dqiq u għaġin) biex jintbagħtu fil-container li ser jitlaq minn Malta fl-aħħar ta’ Marzu. Dan huwa parti mill-proġett Tama Kenja li jinvolvi bini ta’ blokka fi skola ġewwa Bakanga li tilqa’ ‘l fuq minn 500 student li ġejjin minn familji foqra. Ħafna minn dawn it-tfal iridu jgħixu wkoll fl-istess skola minħabba li jgħixu ‘l bogħod mid-dar u l-mezzi tat-trasport mhumhiex adegwati. Inħeġġukom tkunu ġenerużi billi tibagħtu l-oġġetti l iskola sa nhar l-Erbgħa 2o ta’ Marzu, biex inkunu fil-ħin biex ngħadduhomlhom.

Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom.