OPEN DAY GĦALL-ĠENITURI

Ser issir OPEN DAY għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, nhar  l-ERBGĦA 8 ta’ MEJJU 2013.  B’hekk tkunu tistgħu taraw il-proċess li minnu tgħaddi l-iskola f’ġurnata normali.  Ovvjament il-klassijiet huma żgħar, jiġifieri mhux se tkun faċli li kulħadd jidħol u joqgħod komdu.  Pero’ jiena ċert li kulħadd ser japprezza din l-opportunita’ u x-xogħol li jsir.

Programm:

08:45 – 09:00:     Laqgħa fis-sala.  Dħul minn Triq l-Iskola (skont kif ikun indikat).

09:00 – 10:10:     L-ewwel sessjoni  (Kinder fil-klassi;   Yrs 1,2,3 fil-klassi;  Yrs 4,5,6 fil-bitħa)

10:10 – 10:40:     Brejk.  Il-ġenituri kollha jinżlu fil-bitħa. Ser ikun hemm ftira u ilma għall-bejgħ.

10:40 – 11.50:     It-tieni sessjoni  (Kinder fil-klassi;  Yrs 1,2,3 fil-bitħa;  Yrs 4,5,6 fil-klassi)

11.50 – 12:00:     Ħruġ tal-ġenituri u l-istudenti.

Tkaken mhux permessi minħabba l-grawnd. Minħabba x-xemx, intom imħeġġa tilbsu u tlibbsu lil uliedkom il-brieret.  L-iskola tispiċċa f’nofsinhar.

Grazzi. Narawkom nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Mejju fid-08:45.

P Decelis

Kap tal-iskola.

Moving On – Year 6

Għeżież Ġenituri

Matul liż-żmien tagħhom fil-Kulleġġ hemm żewġ okkażjonijiet importanti ħafna meta     t-tfal jaslu biex jgħaddu minn livell għal ieħor tal-edukazzjoni tagħhom.  Dawn huma:

  • l-ewwel, meta jispiċċaw il-Kinder 2 u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Primarja tagħhom fil-Year 1
  • it-tieni meta jispiċċaw il-Year 6 tal-Primarja u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Sekondarja tagħhom fil-Form 1.

Għal dawn l-aħħar tliet snin il-Kulleġġ San Injazju iċċelebra dawn iż-żewġ okkażjonijiet li fihom jingħataw Ċertifikati lit-tfal tal-Kinder 2 u tal-Year 6 tal-Iskejjel Primarji kollha tagħna, jiġifieri:

  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ
  • l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ

Dawn iż-żewġ ċerimonji qed insejħulhom MOVING ON CELEBRATIONS –ċelebrazzjonijiet tal-mixja ’l quddiem fl-edukazzjoni.

Iċ-ċerimonja għat-tfal li waslu biex jispiċċaw il-Year 6 ser issir:

nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013, mill-9. 45 sal-11. 30 ta’ filgħodu fl-Awditorju  tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Intom il-ġenituri jew kustodji tat-tfal tal-Year 6 mistiedna tattendu għal din iċ-ċerimonja.  It-tfal jieħdu ferm gost jarawkom hemm.

Nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni u l-interess tagħkom fl-iskola.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola