Animal Awareness Day

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru ġewwa l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi ġie ċċelebrat Jum l-Annimali. L-istudenti  ġabu magħhom il-pets fl-iskola u waqt l-iSpecial Assembly sar it-tberik tal-annimali mill-Arċipriet  tal-Parroċċa tas-Siġġiewi. Ġew mistiedna wkoll il-ġenituri li akkumpanjaw lil uliedhom flimkien mal-pets. Kien hemm ħafna tipi ta’ annimali fosthom klieb, qtates, fkieren, ħut, għasafar u saħansitra serp. Wara t-tberik, l-arċipriet qaddes l-ewwel quddiesa għal din is-sena skolastika fejn talab lil San Franġisk biex ikompli jżomm idejh fuq il-pets tagħna. Talab ukoll sabiex kulħadd ikollu sena skolastika tajba.

Ms A. Caruana

Assistent Kap

This slideshow requires JavaScript.