Jeans Day b’risq il-Caritas

Infakkrukom li l-KUNSILL TAL-ISTUDENTI ser jorganizza JEANS DAY għall-istudenti u l-għalliema kollha nhar it-Tlieta 25 ta’ Novembru 2013.

Għal dakinhar BISS l-istudenti huma mistiedna jigu lebsin jeans (minflok il-qalziet jew dublett tal-uniformi), sport shoes u l-flokk tal-PE kit mal-gakketta tal-PE tracksuit.

Kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni ta’ €1 jew aktar. Il-flus ser jingabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. Il-flus kollha se jingħataw lill-CARITAS li tant tagħmel ġid lil dawk fil-bżonn f’Malta.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

P Decelis

Kap tal-iskola

Its-Jeans-Day

Il-Klabbs tal-Brejk ta’ Nofsinhar

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, l-Iskola tagħna bdew il-Klabbs tal-Brejk ta’ Nofsinhar. It-tfal kienu entużjasti u l-membri tal-istaff preparati sa snienhom sabiex kulħadd jiehu pjaċir fid-diversi attivitajiet organizzati, fosthom klabbs ta’ Sport bħal futbol, volleyball, tennis, klabb li jieħu ħsieb il-mixtla tal-iskola, ieħor taż-żfin, tal-matematika, board games, tal-arti u tal-krafts, logħob interattiv fuq il-kompjuter/IWB u oħrajn.

This slideshow requires JavaScript.

Animal Awareness Day

Il-ġimgħa 3 ta’ Ottubru 2014, l-istudenti kollha tal-Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi telqu lejn l-iskola flimkien mal-annimal favorit tagħhom! Il-bitħa kienet mimlija b’għasafar, qtates, klieb, ħut, fkieren u annimali li normalment nafuhom bħala pets.  Imma kien hemm ukoll għasafar bħall-kokka u annimali bħall-qażquż li mhux normali li nsibu ġewwa d-dar. L-arċipriet bierek l-annimali kollha u lil sidhom, bit-tama li dan jieħu ħsieb lill-annimal favorit tieghu aħjar. Imbagħad ingħatat informazzjoni qasira dwar il-qaddis patrun tal-annimali, San Franġisk.

Il-ġenituri kollha kienu mistiedna għal din iċ-ċerimonja u attendew bi ħġarhom.

This slideshow requires JavaScript.