Nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar 2015, it-tfal kollha tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu ħdejn l-uffiċċju tas-Sur Decelis sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din id-demonstrazzjoni saret mill-kap tal-iskola s-Sur Decelis bl-għajnuna tal-Link Teacher tal-Kunsill tal-Istudenti, Ms Chircop.
Category: School Activities
Il-Kunsill tal-Iskola
Għeżież ġenituri,
Nixtieq nirringrazzjakom talli nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar tfajtu l-vot tagħkom fl-elezzjoni tal-Kunsill tal-Iskola.
Min-naħa tal-ġenituri kien hemm erbgħa li kienu nnominati. L-aktar tlieta li ġabu voti kienu (f’din l-ordni):
Simon Scicluna
Annabelle Grech
Diana Borg
Nirringrazzjaw ukoll lil Ms Fanina Briffa talli offriet l-għajnuna tagħha u aħna ċerti li ser tkompli tgħinna f’dak kollu li jkollna bżonn.
Għalhekk, peress li l-għalliema baqgħu l-istess (Ms C Chircop, Ms C Bezzina, Ms M Bonello), il-Kunsill baqa’ kompost kif kien is-sena ta’ qabel.
Dettalji dwar il-Kunsill issibuhom f’din il-websajt stess fil-paġna School Council.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nixtiequ lill-membri tal-Kunsill ħidma sħiħa b’risq il-ġid tat-tfal li jattendu l-iskola tagħna.
P. Decelis
Kap tal-iskola
L-ELEZZJONIJIET TA’ DIL-ĠIMGĦA FL-ISKOLA
Kif diġa’ ħabbarnielkom nhar il-Ġimgħa ser isiru żewġ elezzjonijet. Għal dan il-għan bejn illum it-Tnejn u nhar l-Erbgħa ser nibagħtulkom żewġ karti tal-vot ma’ uliedkom. Kull familja għandha vot wieħed f’kull
elezzjoni:
1.wieħed għall-elezzjoni ta’ TLIET membri fil-Kunsill tal-Iskola (peress li ġew nominati erba’ ġenituri) u
2.ieħor għal rappreżentant WIEĦED mil-Kulleġġ fuq il-kumitat tal- MAPSSS
(l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri tal-Istudenti tal-Iskejjel tal-Istat) fejn ħarġu żewġ kontestanti mill-Kulleġġ San Injazju.
Nitolbukom tibżgħu għaż-żewġ karti tal-vot u lkoll tivvutaw billi
a) tibagħtu l-voti mimlija ma’ wliedkom f’envelop magħluq (nissuġġerixu li tiktbulu VOTI fuqu biex ma jitħallatx ma’ envelops oħrajn). Dan għandu jingħata lill-għalliema,
jew
b) Tibagħtuhom immedjatament bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt
jew
c) iġibuhom l-iskola f’Jum il-Votazjoni, cioe’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015 bejn it-8.30am u s-2.30pm u tifgħuhom fil-kaxxi rispettivi.
Dħul min Triq l-Iskola skont kif ikun indikat mit-tabelli.
Voti li jaslu l-iskola wara nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar fis-2.30 ikunu INVALIDI.
Patrick Decelis
Kap tal-iskola
It-Tnejn 19 ta’ Jannar 2015