Egg Hunt

Din is-sena l-Kunsill tal-iskola ddeċieda li jorganizza żewġ attivitajiet ġodda għall-familja kollha.  Waħda minnhom ser issir fl-iskola għall-ħabta ta’ Ġunju imma l-oħra waslet!

Għall-ewwel darba ser issir attivita’ għal żmien il-Għid. L-idea hi li ssir ħarġa għall-familja lejn il-kampanja, f’post fejn wieħed isib x’jiekol u jixrob u jistrieħ, filwaqt li t-tfal ikollhom attivita’ ħelwa fejn ifittxu l-bajd tal-Għid li jkunu moħbija.

Nisperaw li narawkom nhar it-Tnejn 6 ta’ April 2015 fl-10am.
Aktar dettalji fil-powster. Booking għandu jsir mas-segretarja jew mal-ġenituri tal-kunsill u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2015.

Egg Hunt Promo

Jum is-Siġġiewi

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2015, ġie ċċelebrat Jum is-Siġġiewi ġewwa l-iskola tagħna.

Kienet okkażjoni ta’ ċelebrazzjoni fejn l-istudenti tal-Ħames sena mill-klassi ta’ Ms Ciappara preparaw ruħhom sabiex jaqsmu ma’ sħabhom xi ideat dwar għaliex huma kburin li huma Siġġiwin.

Fil-fatt, wara li qraw dak li ħejjew, huma waħħlu karta bid-dettalji fuq noticeboard apposta li qiegħed għall-wiri fil-foyer tal-iskola. Tħejja wkoll filmat interessanti mill-istess għalliema bl-aktar postijiet importanti fir-raħal. L-istudenti dehru entużjasti ħafna.

L-attivita’ bdiet b’diskorsi qosra mill-Kap tal-iskola u mis-Sindku Dr Karol Aquilina. Kien hemm preżenti wkoll il-Kunsillier Nicholas Cassar.

P Decelis

Kap tal-Iskola

This slideshow requires JavaScript.

Il-President iżżur l-iskola tagħna

Fit-3 ta’ Marzu, il-President tar-Repubblika, l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca żaret l-iskola tas-Siġġiewi sabiex tassisti għal sessjoni ta’ Ċaqlaq li tippromwovi stil ta’ ħajja san b’ikel tajjeb għas-sahha u eżerċizzju.

Prezenti għal din l-attivita’ kien hemm ukoll is-Sur Munoz mill-Fondazzjoni Mapfre’, irrapreżentata f’Malta minn Middlesea Insurance, sponsors tal-Kampanja Ċaqlaq.

P Decelis
Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.