Purċissjoni San Nikola

Fis-7 ta’ Diċembru kellna l-purċissjoni ta’ San Nikola. Din il-purċissjoni ilha ssir għal aktar minn 10 snin u issa daħlet sew fil-kalendarju kulturali tas-Siġġiewi, tant li ammont sostanzjali ta’ residenti jakkumpanjawna fit-toroq Siġġiwin. Dis-sena, għall-ewwel darba minn kemm ilha tiġi organizzata, kellna s-sehem taż-żewġ baned fis-Siġġiewi. Dan kien xhieda ta’ għaqda fir-raħal, valur li nippruvaw inrawwmu fl-istudenti tagħna ta’ kuljum.

Nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-attivita’ setgħet tittella’ b’ suċċess – Beppe, Ġanni Bezzina, l-Arċipriet, il-pulizija, Banda San Nikola, Siggiewi Festival Brass Band, Ms Stephanie Zammit, Ms Marlene Vella u Ms. Claire Cardona.

This slideshow requires JavaScript.

Proġett tal-Arti

Is-Sur Anton Calleja, għalliem tal-Arti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi, ħadem fuq proġett mat-tfal tal-ewwel sena u lesta mural mill-isbaħ. Dan il-mural juri fih tfal żgħar b’xogħolijiet minn tagħhom inkorporati fit-tpinġija. Il-mural twaħħal mal-ħajt ħdejn l-uffiċċju tal-kap tal-iskola u nħeġġu lil kull min jidħol fl-iskola biex jieqaf, iħares, josserva u jammira dan il-proġett tant sabiħ. Grazzi u prosit kbira tmur lis-Sur Anton Calleja li dejjem jissorprendina bil-kapaċita’ artistika tiegħu.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

 

Santa’s Day

Il-Ħamis 10 ta’ Diċembru l-kunsill tal-istudenti tal-iskola organizza Santa’s Day. It-tfal ġew libsin jeans, flokk aħmar u barnuża ħamra. Għal din l-attività l-istudenti taw donazzjoni ta’ €1 għall-Piggy Bank Campaign.

L-istudenti li jagħmlu parti mill-kunsill tal-istudenti ġabru l-flus tal-klassijiet kollha u tefgħuhom lkoll flimkien fil-piggy banks. Minn din l-attività l-kunsill tal-istudenti ġabru somma sostanzjali. Il-kunsill tal-istudenti jixtieq jirringrazzja lil kulħadd tal-kontribuzzjoni tagħkom.

Ms Stephanie Magri

Link Teacher

This slideshow requires JavaScript.