
Category: School Activities
Niżfnu l-Parata
L-istudenti tat-tielet sena ħadu sehem f’attività bl-isem Niżfnu l-Parata. Din l-attivita’ ġiet imtella’ minn Heritage Malta, l-għalliema tad-drama fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi u l-Parroċċa ta’ San Lawrenz ġewwa l-Birgu.
Matul din l-attività l-istudenti tgħallmu kif l-ewwel ċelebrazzjonijiet tal-Karnival f’Malta saru fi żmien il-Kavallieri. Matulhom kienet tiġi ċċelebrata r-rebħa tal-Assedju l-Kbir permezz taż-żifna tal-parata. It-tfal tagħna kellhom l-opportunità li jesperjenzaw din il-parata billi mhux biss jarawha, imma saħansitra jieħdu sehem fiha wkoll. Xi wħud minnhom libsu l-kostum tal-Kavallieri ta’ San Ġwann waqt li oħrajn libsu dak tat-Torok u tqabdu flimkien f’żifna ħelwa.
Huma ltaqgħu wkoll ma’ diversi personaġġi storiċi bħal Sir Oliver Starkey u l-Granmastru La Vallette kif ukoll żaru l-Collacchio ġewwa l-Birgu – il-post fejn kien hemm il-bereġ tal-Kavillieri ta’ San Ġwann meta kienu jgħixu ġewwa l-Birgu. Kellhom ukoll iċ-ċans li jaraw l-elmu u x-xabla li La Vallette uża waqt l-Assedju l-Kbir.
Rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-fuljett
Ippremjajna lil Kendra Micallef (3.1), Valentina Marie Bezzina (3.3) u Ylenia Schembri (5.1) tas-sehem tagħhom fil-kompetizzjoni li kien hemm fil-fuljett ta’ Diċembru. L-ismijiet ta’ dawn it-tfal ittellgħu bix-xorti minn fost dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni. Prosit lir-rebbieħa u lil kull min ħa sehem. Inħeġġu biex id-darba li jmiss ikollna aktar tfal li jieħdu sehem.

