Category: Other
Narawkom nhar l-Erbgħa
Infakkrukom fl-istedina sabiex tingħaqdu ma’ wliedkom fl-iskola fis- 6 ta Mejju bejn id – 8.45 u l-11.45.
L-iskola tispicca f’nofsinhar.
Aktar dettalji jidhru fil-post aktar ‘l isfel.
Fil-foyer se jkun hemm għall-bejgh xi xogħlijiet tal-arti tal-istudenti. Kull waħda tiswa €25 u l-flus kollha jmorru għall- Community Chest Fund.
P Decelis
Kap tal iskola
Aqra u Irrifletti – Xtaqet Tiżżewweġ
Waħda mara ta’ ċerta eta’ xtaqet tiżżewweġ. Għalhekk marret f’aġenzija taż-żwieġ u meta min kellimha qalilha li kien se joħdilha ritratt, talbitu jagħtiha ftit ħin. Hawn il-mara daħlet f’kamra u damet kważi nofs siegħa tiżbogħ wiċċha biex tidher iżgħar u isbaħ.
Dak li kien se jieħu r-ritratt qalilha:‘Ser nagħtik parir: jaqbillek tieħu ritratt mhux kif tidher bħalissa, imma kif tabilħaqq tidher normali. Min jieħu grazzja miegħek fl-istat naturali tiegħek, ikun inġibed lejk bis-sinċerita’ u jibqa’ jħobbok dejjem.’
Dan għandna ngħiduh mhux biss għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ritratt ta’ żwieġ, imma għal kollox. Kulħadd jagħmel biex jidher aħjar milli hu. Mhux biss mill-wiċċ, imma in-ġenerali. Insibu ‘l min hu batut finanzjarjament, jilgħabha ta’ sinjur; lil min hu supperv iridha ta’ wieħed minn tagħna; lil min hu nieqes mill-iskola, jagħti l-wieħed x’jifhem li hu xi għaref. U nistgħu nibqgħu sejrin hekk f’kollox. Imma dan il-qerq – wiċċ b’ieħor – fl-aħħar jiswielna ta’ ħsara għalina. Nagħmlu x’nagħmlu, fl-aħħar il-ġarra ġejja u sejra tinkiser. Illum jew għada, l-maskra taqgħalna minn ma’ wiċċna, u malli jkunu jafu x’aħna, nitilfu kull stima li nkunu gawdejna.
Jekk nidhru quddiem l-oħrajn kif aħna u billi aħna – sinċieri – dawk kollha li jġibuna u jħobbuna f’dan l-istat, jibqgħu jġibuna u jħobbuna dejjem.
Tislijiet,
Doreen Aquilina
Marie-Claire Sammut
(Għalliema tal-PSCD)

