On behalf of the EkoSkola Committee and The Malta Guide Dogs Foundation, we would like to thank all the pupils at our school and their families, for taking part in Friday’s Dress Down Day. All the money that we collected during this day will be given to the Malta Guide Dogs Foundation. During the first activity in October, people from the foundation visited us at school and taught us how we can improve their lives such as by keeping the pavements clear and by not distracting their guide dogs. We got to know that one guide dog costs around 14,000 euro. We had organised a fundraising activity where each class was encouraged to colour in a picture of a guide dog. We collected 504 euro. During the Dress Down Day, we managed to collect another 831 euro, totalling to 1,335 euro. There’s another activity in the pipeline and we’re sure that you will all help us again.
Category: Other
Mawra f’Siracusa Sqallija – 31t’Ottubru 2015
Kien għadu lanqas biss żernaq meta l-grupp iltaqa’ l-port sabiex flimkien nibdew il-vjaġġ tagħna lejn il-gżira sabiħa ta’ Sqallija. Għalkemm warajna ħallejna temp ikrah, fi Sqallija sibna temp sabiħ jistenniena. Tassew il-qaddisin kienu magħna u riduna ngawdu kemm nistgħu.
Kellna programm mimli daqs bajda. Wara kollazjoni ħafifa tlaqna mill-ewwel lejn is-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ li jinsab f’Siracusa. Il-gwida kellimna fuq il-miraklu li seħħ fl-1953, meta f’dar umli, ix-xbieha tal-Madonna bdiet tibki dmugħ uman. Wara bqajna sejrin lejn il-gżira t’Ortigia, li hi l-qalba storika tal-belt ta’ Siracusa. Fost oħrajn rajna r-rovini tat-tempju t’Apollo u s-suq armat b’ħafna ikel tradizzjonali u artiġjanali. Minn hemm bqajna sejrin għall-ikla Agriturismo – ikla bnina u abbundanti kif jafu jservu l-Isqallin! Ma naqasx ukoll xi ftit ħin għax-shopping u biex żgur nispiċċaw b’togħma tajba, qabel irkibna l-vapur waqafna f’ħanut tal-pasti u minn hemm ħafna kienu dawk li daqu minn din il-manna.
Bla dubju ta’ xejn kienet ġurnata indimendikabbli. Barra li ħadna gost flimkien, tgħallimna ħafna wkoll. Nittamaw li d-darba li ġejja iktar ġenituri u tfal jingħaqdu magħna għal din l-esperjenza fantastika.
Sandra Abela

Avviż Żgħir
Għeżież Ġenituri
Qed nirċievu ħafna lmenti minn ġirien tal-iskola dwar ipparkjar ħazin fit-toroq tal-viċin. Nitolbukom tosservaw ir-regoli u ma tipparkjawx quddiem garaxxijiet. Il-koperazzjoni tagħkom hija dejjem apprezzata.
Grazzi
N Saliba