Messaġġ mill-Kap tal-Iskola

15 ta’ Lulju 2021

Għeżież ġenituri

Bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fl-iskola tas-Siġġiewi. Parti minn dan ix-xogħol huwa l-manutenzjoni tad-dawra tal-iskola.

Sfortunatament is-siġar li kien hemm fi Triq l-Iskola kienu qed jagħmlu ħafna ħsara bl-għeruq tagħhom għaliex is-siġar kienu ġew miżrugħa fi ftit ħamrija u huma tip ta’ siġar li l-għeruq tagħhom jimxu fil-wiċċ. Minħabba dan, l-għeruq daħlu taħt il-madum tal-foyer, sala, kċina u kurutur tal-iskola u qed jimbuttaw il-madum ‘il fuq b’tali mod li nsewwu kemm insewwu nerġgħu nispiċċaw fl-istess problema ta’ madum jiċċaqlaq u jinqala’ b’periklu kbir għat-tfal li jattendu l-iskola.

B’hekk l-unika soluzzjoni kienet li jinqalgħu s-siġar ta’ Triq l-Iskola, jissewwa ċ-ċint ta’ mad-dawra u l-pjan hu li f’Settembru jerġgħu jinżergħu xi sigar endemiċi li l-għeruq tagħhom jinżlu fil-fond u ma jinferxux fil-wiċċ. Il-proġett qed isir minnaħa tal-Gardening Section tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Żjara mill-Prinċipal tal-Kulleġġ

Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju 2021, Dr Sean Zammit, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, żar l-iskola tagħna sabiex jiltaqa’ personalment ma’ dawk l-istudenti li tul din is-sena skolastika ħadu sehem b’suċċess f’kompetizzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali. Dr Zammit feraħ lill-istudenti għas-suċċess tagħhom u awguralhom għall-futur.