Taħditiet fuq l-iżvilupp tal-lingwa fis-snin bikrin

It-Taqsima tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta ser torganizza tliet taħditiet fuq l-iżvilupp tal-lingwa fis-snin bikrin. Dawn it-taħditiet huma maħsuba għal dawk il-ġenituri u l-kustodji li għandhom tfal ta’ bejn it-twelid u 3 snin.
It-taħditiet se jsiru bl-Ingliż minn Dr Daniela Gatt u Dr Lara Ann Vella u se jkunu online mill-10:00 sal-11:00 ta’ filgħodu, fid-dati t’hawn taħt:
27 ta’ Jannar, 2022
Kif it-tfal ta’ bejn 0 u 3 snin jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi, fosthom it-taħdit minn Dr Daniela Gatt.
3 ta’ Frar, 2022
Diffikultajiet fil-lingwa, fosthom fit-taħdit li jkollhom it-tfal ta’ bejn it-twelid u 3 snin minn Dr Daniela Gatt.
17 ta’ Frar, 2022
Inħaddmu l-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu fil-familja minn Dr Lara Ann Vella.
Il-parteċipanti jridu jimlew il-formola online biex jirriservaw post għat-taħditiet. Il-formola ssibuha fil-ħolqa https://forms.office.com/r/U5cfy9dXSX.
L-istedina biex issegwi t-taħdita tintbagħat ġurnata qabel kull sessjoni. Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil Dr Lara Ann Vella billi tibgħat ittra elettronika lil lara.ann.vella@ilearn.edu.mt jew iċċempel 25983328.

For the English Version please see this document:

DLAP 025 – Sessions for Parents on Early Language Development in a Bilingual Context

Dati Importanti

Importanti li tieħdu nota ta’ dawn id-dati:

26 ta’ Jannar 2022: Ġurnata ta’ taħriġ għall-edukaturi kollha. L-istudenti ma jkollhomx skola.

25 ta’ Frar 2022 : Jum il-Karnival. L-istudenti jkunu jistgħu jiġu l-iskola bil-kostum tal-Karnival.

18 ta’ Marzu 2022 : Jum il-Ġenituri (onlajn). L-istudenti ma jkollhomx skola.

Please take note of the following dates:

26th January 2022: Full day training for all educators. No school for students.

25th February 2022 : Carnival Day. Students may come to school wearing their carnival costumes.

18th March 2022 : Online Parents day. No school for students.

Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Year1

Għeżież ġenituri/kuraturi

Nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar 2022 ser issir laqgħa fid-09:00, dwar il-litteriżmu, għall-ġenituri li għandhom it-tfal fil-Year 1.  F’din il-laqgħa ser niddiskutu  dwar it-tagħlim tal-Ingliż fl-ewwel sena u dwar kif tistgħu tgħinu aktar ‘l uliedkom id-dar.  Ser tmexxi din il-laqgħa Ms Nadia Zammit, il-Kap tad-dipartiment tal-litteriżmu.  Din il-laqgħa ser issir online u ser tirċievu invit mingħand l-għalliema tal-klassi tat-tfal tagħkom. Inħeġġukom tattendu din il-laqgħa biex inkomplu naħdmu id f’id flimkien għall-ġid t’uliedkom.  Nixtiqukom tifhmu l-importanza ta’ din il-laqgħa u tagħmlu mezz li tattendu.

Dear parents/guardians,

Those parents whose children are in Year 1 will be receiving an invite, from the class teacher, to attend an online meeting which will be held on Tuesday 1st February 2022 at 09:00. During this meeting we will discuss various strategies on how to help your children with reading and writing in English at home.  The meeting will be carried out by Ms Nadia Zammit, Head of Department (Literacy). We encourage you to attend in order to help your children in literacy acquisition.

Ms I Mizzi