Malala

Matul dax-xahar qed nitgħallmu dwar nies li wrew kuraġġ speċjali.  Din il-ġimgħa tkellimna dwar Malala, żagħżugħa mill-Pakistan li wriet kuraġġ kbir fit-taqbida tagħha favur id-dritt li l-bniet ikomplu jistudjaw u jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.  Din ġabha f’ħafna nkwiet mat-Taliban, li kienu jmexxu l-villaġġ fejn kienet tgħix hi.  Fl-2012, meta kellha 15-il sena, żewġ estremisti Talibani sparawlha, laqtuha f’rasha u kienet fil-periklu tal-mewt. B’xorti tajba, wara diversi operazzjonijiet delikati, Malala reġgħet kisbet saħħitha u baqgħet tikkampanja favur id-drittijiet tal-bniet u n-nisa madwar id-dinja.

Inħeġġukom biex taraw dan il-vidjo qasir flimkien ma’ uliedkom.