Jum il-Mara

Illum huwa t-8 ta’ Marzu – Jum il-Mara. Aħna ser niċċelebraw dan il-jum billi niftakru f’invenzjonijiet li saru min-nisa.

L-ewwel heater tal-karozza saret minn Margaret Wilcox fl-1893.

1.png

Il-Monopoly, board game famuża ħafna ġiet ivvintata minn Elizabeth Magie fl-1904.

2

L-ewwel life raftdinghy kbir li jintuża biex tiġi salvata l-ħajja ta’ passiġġieri ta’ vapur li jkun qed jegħreq, ġie ivvintat minn Maria Beasely fl-1882.

3

L-inġiner Maria Telkes u l-perit Eleanor Raymond ħadmu flimkien biex fl-1947 bnew l-ewwel dar li kienet tissaħħan kompletament bix-xemx.

4

Letitia Geer ivvintat l-ewwel siringa li setgħet titħaddem b’id waħda, fl-1899.

5

Florence Parpart, fl-1914, ivvintat l-ewwel friġġ li taħdem bl-elettriku.

6

Ada Lavelace kienet ġenju fil-matematika. Hija meqjusa l-ewwel programmer tal-kompjuters.

7

L-ewwel dishwasher ġie vvintat minn Josephine Cochrane fl-1887.

8

Stephanie Kwolek ivvintat il-kevlar, materjal iebes li, fost ħafna affarijiet oħra, jintuża f’ilbies protettiv, bħal pereżempju fil-helmets li nilbsu aħna t-tfal biex meta naqgħu minn fuq ir-rota ma nweġgħux rasna.

9

Dawn huma ftit mill-invenzjonijiet li saru minn nisa. Hemm ħafna oħrajn. Semmejnihom illum biex nurukom li ma tagħmilx differenza jekk intix tifel jew tifla, raġel jew mara. L-importanti hu li tiżviluppa t-talenti iegħek u tħaddimhom għal ġid tiegħek u tal-komunita’ kollha.

Aqra u Irrifletti – INT MILL-EWWEL TAQTA’ QALBEK ?

Darba kien hemm iljunfant li ried isir fotografu. Tgħidx kemm kienu jidħku ħbiebu jisimgħuh jgħid hekk. ‘’Mela jeżistu kameras għall-iljunfanti?’’ jew ‘’Ħela ta’ żmien għax m’hawnx ritratti x’tieħu.’’

Imma hu ma qatax qalbu. Beda jiġbor biċċiet tal-ħadid u affarijiet oħrajn minn hawn u minn hemm u għamel speċi ta’ kamera. Kellu jiddisinja kollox hu, mill-buttuna li tagħfas biex jittieħed ir-ritratt u li kellu jagħfas bit-tromba tiegħu, sal-lenti li riedet tkun adattata għal għajnejh. Meta lesta din l-imbierka kamera, fl-aħħar wasal biex jieħu l-ewwel ritratti. Imma dil-kamera kienet tant kbira, enormi u stramba. Kienet qisha maskra ridikola f’wiċċu. Tant kienu jidħku sħabu li kienu jarawh biha, li beda jaħseb biex jabbanduna l-ħolma tiegħu. Barra minn hekk, qisu dawk li qalulu li m’hemmx ritratti x’tiġbed madwaru, kellhom raġun. Imma x’ġara? Id-dehra ta’ iljunfant b’kamera kienet tant għoġbithom li l-annimali kollha bdew jersqu lejh. U ħa ftit ritratti tagħhom tassew interessanti. Fir-ritratti tiegħu kollha kienu jidhru ferħanin, anke r-rinoċeronte.

U b’hekk sar il-fotografu uffiċċjali tal-ġungla u għajn ta’ ferħ għall-abitanti kollha tal-ġungla. Il-ħolma tiegħu seħħet aħjar milli basar hu. L-iljunfant baqa’ jipprova sakemm irnexxielu. Inti tibqa’ tipprova sakemm jirnexxilek jew taqta’ qalbek mal-ewwel intopp?

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSCD)